christmaspage

 

 L-EWWEL GIMGHA TA' L-AVVENT

Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. [Mt:24:43] Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f'liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta' daru. [Mt:24:44] Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.

Ahseb li malli tmut inti tkun iggudikat fuq il-ligi t'Alla, jigifieri fuq jekk habbejtx lil Alla b'qalbek kollha u l-proxxmu tieghek bhalek innifsek.

Immela l-felicita' eterna tieghek jew it-telfien ta' dejjem tieghek jiddependi mill-istima jew mid-disprezz li inti tkun ghamilt tal-ligi t'Alla.

Xejn ma ghandu jkun ghalik hekk ghaziz daqs il-ligi t'Alla li fiha l-vera hajja.

Immela qis li xejn ma ghandu jfixklek fl-osservanza ezatta u shiha taghha; xejn u lanqas hajtek stess.

U billi hadd ma jista' josserva l-ligi t'Alla minghajr tghakkis bla ma jaqta', ghalhekk tghakkes f'kull aptit tieghek tas-sensi, tal-vanaglorja, tal-gibda lejn il-ghana u ghall-vendetti billi tiftakar li dawn huma vanita', huma duhhan li jidher ghal ftit; izda l-ligi t'Alla taghmlek hieni mhux biss f'din id-dinja billi taghtik il-vera paci tal-qalb, izda taghmlek zgur ghall-jum tal-qilla u tqieghdek fir-renju ta' l-hena ta' dejjem.

Wiehed ma jghozzx il-ligi t'Alla ghax ma jkunx gharaf il-pregju taghha li din iggiblu bi hlas lill Alla stess, u f'mewtu tehilsu mill-qilla tal-gudizzju divin.

Ipproponi li f'kollox qabel taghmel jew thalli xi ghemil tghid: " Ghad jiggudikani s-Sinjur Alla tieghi."

Make a free website with Yola