christmaspage

 

 IT-TIELET HADD TA' L-AVVENT

Meta dawk telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni: "Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ ? [Mt:11:8] Xi ħriġtu taraw? Raġel liebes fin? Dawk li jilbsu fin fil-palazzi tas-slaten issibhom. [Mt:11:9] Mela xi ħriġtu taraw? Profeta? Iva, ngħidilkom, anzi xi ħaġa iżjed minn profeta. [Mt:11:10] Dan hu li fuqu hemm miktub,

‘Ara, jiena nibgħat qablek il-ħabbar

tiegħi biex iħejji triqtek quddiemek.

[Mt:11:11] Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b'danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu.

 

Kristu jikkonferma li min jimxi warajh ma jridx  ikun xi wiehed li jixbah lil qasba li tixxejjer mar-rih, tmil lejn kull direzzjoni ta’ fejn jonfoh ir-rih.

Iridu li jkun sod fit-twemmin tieghu.

Anqas ma jkun xi segwaci li hajtu tkun kollha kumdita’ u lussu, izda jixtiequ li jaghzel it-triq tal-penitenza billi l-imghallem tieghu ha fuq spaltu t-triq tat-tbatija.

Alla lil dawk li jhobb jippermetti li jbatu.

Il-qaddisin kollha u l-akbar skulara ta’ Gesu’ Ommu Marija, ilkoll ghaddew minn din it-triq.

Alla lkoll sejhilna ghal xi vokazzjoni u jridna li nkunu fidili lejn id-doveri taghna.

Nistghu nserrhu rasna li lhaqna l-ghajn li ghalih halaqna Alla, jigifieri li wara li ngharfuh hawn fid-dinja, naqduh u nhobbuh b’qalbna kollha, wara nsalvaw ruhna, meta ahna mmorru fil-premju etern.Fuq kollox Alla jsejhilna ghal qdusija.

    IT-TIENI  HADD                                                                                                                   IR-RABA HADD

Make a free website with Yola