christmaspage

 

 IR-RABA HADD TA' L-AVVENT.

 

 

 

[Mt:1:19] Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. [Mt:1:20] Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: "Ġużeppi, bin David, xejn la tibża' tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. [Mt:1:21] Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom." [Mt:1:22] Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal:

[Mt:1:23] 'Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben,

u jsemmuh Għimmanu-El’,

Li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’. [Mt:1:24] Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu.

 

Kull bniedem jghaddi minn xi burraxxka. F’sitwazzjoni bhal din, anke meta forsi nhossuna abbandunati minn kulhadd, Alla jkun jinsab hdejna. Taqtax qalbek. Itlobu. Hi jieqaf mieghek.

Jekk tassew temmen li Gesu’ hu Ghimmanu-El, jigifieri Alla maghna, afda fih, poggi lilek innifsek f’idejh; Hu ma jqarraq b’hadd.Alla hu maghna u inti titlaq lilek innifsek tingarr mal-kurrent tad-dinja? Din x’fidi hi fik?

Isma’ ftit x’qal l-imghallem taghna Gesu’ Kristu: “ Itolbu u taqilghu, fittxu u ssibu, habbtu u lilkom jigi miftuh, ghax kull min jitlob jaqla’, min ifittex isib u min ihabbat jifthulu.”U f’cirkustanza ohra qal: “ Ejjew intom ta’ qalbkom inhabbta u jiena nfarragkom.”

Iftah qalbek berah ghal Kristu biex hu jigi jghammar fiha u zzomm ebda rokna ghalik.Kemm hemm bzonn li kantaw kuljum mas-salmista : “Mulej f’idejk jiena nafda ruhi.”

Guzeppi kien ubbidjenti u fuq ordni ta’ l-anglu ha lil Marija b’martu wara li kecca kull dubju. Tul hajtu gawda l-paci f’qalbu. Hekk jigri lilna meta nobdu l-ordni tal-Mulej. HU jberikna ghax b’fomm l-angli xandrilna din il-bxara : “U paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.”

Li ahna nobdu trid tigi mill-fatt li fina tinsab l-imhabba lejn Alla. “Min ihobbni jhares il-kmandamenti tieghi” - Gesu’ Kristu. “U huma aktar imberkin dawk li jisimghu l-kmandamenti ta’ Alla u jharsuhom.” – Gesu’ Kristu.

Hafna nies jghidu li jafu lil Alla ghax jirfsu l-ghatba tal-knisja, biex forsi jaghtu xi servizz, imma fil-fatt ikunu boghod minnu ghax jaghmlux ir-rieda tieghu. “Mhux min jghidli Sinjur Sinjur jidhol fis-saltna tas-smewwiet, imma min jaghmel ir-rieda ta’ Missieri, dan jidhol fis-saltna tas-smewwiet.”

 

Make a free website with Yola