christmaspage

 

 

L-origni ta' l-innu "Silent Night" jew kif nafuh ahna "O Lejl ta' Skiet" kien poezija miktuba fis-sena 1816 mill-qassis Awstriak jismu Joseph Mohr. Jinghad li fis-sena 1818, lejliet il-Milied l-orgni tal-knisja tal-villagg Oberndorf inkiser u Joseph Mohr ta l-poezija lil habibu Franz Xaver Gruber biex jitkbilha l-muzika. Dan kitibha malajr biex hekk kienet lesta ghall-quddiesa ta' nofs il-lejl. Dan l-innu tant hareg tajjeb u ntlaqa' mill-popli kollha tad-dinja li rari jkun hemm kuncert tal-Milied li fih ma tindaqqx din il-kompozizzjoni.

VERZJONI BIL-MALTI

O lejl ta` skiet, lejl tal-Milied,
Lejl ghaziz - lejl qaddis!
Dawlet is-sema - il-kewkba li ddiet,
Habbret li l-fidwa tal-bniedem inbdiet:
Kristu hu mhabba bla qjies!
Kristu hu mhabba bla qjies!

O Lejl ta` skiet, lejl tal-Milied,
Lejl hanin - tal-Bambin
Instama` l-ghana - li gej mis-smewwiet,
L-ghana ta` l-angli li fih il-kelmiet;
Glorja lil Kristu f`kull hin!
Glorja lil Kristu f`kull hin!

O Lejl ta` skiet, Lejl tal-Milied,
Griet l-ahbar - li fil-ghar
Twieled fil-faqar - ir-Re tar-Rejjiet,
Gara kif Alla kien wieghed u ried:
Il-Kbir miraklu kien sar!
Il-Kbir mirablu kien sar!


Make a free website with Yola