christmaspage

 IL-CAROLS TAL-MILIED

Kulhadd ihobb jisma' jew ikanta l-carols tal-Milied.  Dawn l-ghanjiet inisslu fina ferh u jghinuna nidhlu fl-atmosfera li biha niccelebraw Milied sabih.


Kien biss xi mijiet ta' snin wara t-twelid ta' Gesu', illi l-Isqfijiet ta' dawk iz-zminijiet bdew jiktbu xi ghanjiet solenni li jirrakuntaw l-grajja tal-Milied.  Izda kien fis-seklu 15 meta l-ghanjiet popolari, kantati minn nies komuni, bdew isiru maghrufa ma' l-Ewropa kollha.


Il-kelma carol tfisser "tizfen". Il-carols ewlenin kienu, barra li jitkantaw, jinzifnu wkoll. Ghalhekk ir-ritmu tal-carol huwa ferriehi. Bla dubju ta' xejn l-ewwel carol kantata kienet dik ta' l-angli fil-lejl qaddis tal-Milied. "Gloria in Excelsis Deo."  Meta San Frangisk introdotta l-presepju, kien jigbor madwaru l-fidili u jkantaw il-carols.  Hawn tidhol aktar ir-rabta tal-carols mal-festa tal-Milied.


Ghal xi zmien dawn l-istess carols qalghu xi ftit ta' inkwiet ukoll u hafna niex kienu haduha kontra l-kant taghhom.  Ghal xi snin intnesew peress li hadd ma kien jikteb il-kliem u l-muzika taghhom.  Izda xi nies baqghu jghozzu t-tradizzjonijiet taghhom u ghalhekk xi carols baqghu jintirtu minn generazzjoni ghal ohra u minn zmien ghal iehor zdiedu wkoll. Fil-fatt insibu li kull nazzjon Kristjan, sew tal-Punent kif ukoll tal-Lvant, inkluz Malta ghandhom il-carols taghhom, dovut ghall-fatt li hafna drabi hemm element folkloristiku.  Ma dawn imbaghad zdiedu l-hekk imsejha traduzzjonijiet ta' carlos minn ilsna ohra.


Ma nistghux nitkellmu fuq il-carols minghajr ma nsemmu l-kontribut siewi li s-Socjeta' tal-Museum tat u ghadha taghti fit-tixrid ta' dan il-generu muzikali f'Malta.  Il-processjoni tal-Bambin, lejljiet il-Milied mimbarra l-ghan spiritwali taghha hija kkaretizzata mill-ilhna tat-tfal ikantaw il-carols u ghanjiet tal-Milied.


L-ghazla tal-carols hija vasta hafna, b'lingwi differenti, stili varji u li jolqtu l-gosti ta' kulhadd. Izda dejjem ghandhom l-stess effett ferriehi fuq kull minn jismaghhom u jkanthom. Jalla dawn l-ghanjiet tal-Milied iservu biex nidhlu fi spirtu awtentiku tal-Milied u ma jaljenawniex mill-ispirtu veru ta' din il-Festa Qaddisa.

(Taghrif mehud minn artiklu li jinsab fil-ktejjeb "hajja Salesjana" Novembru/Dicembru 2006.)

 

Make a free website with Yola