christmaspage

 

 

 

Diorama huwa mudell mahdum hafna drabi fuq skala biex jintuza halli jwassal ghal skop. Bosta muzewijiet u istituzzjonijiet edukattivi juzaw dawn id-dioramas bhala ghodda edukattiva biex iwassal informazzjoni b'mod interessanti u li tappella lil dawk li jarawhom. Xi uhud minn dawk li jiehdu sehem f'wirjiet anke fil-kaz taghna tal-Milied juzaw id-dioramas biex joffru messagg religjuz lill-vizitaturi.


Normalment id-diorama tkun mibnija go kaxxa li l-intern taghha ikun impingi biex jikkrea l-isfond ta' l-episodju li jkun irid iwassal. Imbaghad jitqieghdu diversi oggetti biex tinholoq ix-xena. Ezempju, jekk wiehed ikun irid johloq ix-xena tac-censiment li sehh gewwa Betlem, ipoggi l-figuri ta' Marija u Guzeppi quddiem l-awtorita' rumana, rappresentata bil-prezenza ta' ufficjal jikteb l-informazzjoni b'xi zewg suldati madwaru u filliera ta' Lhud ohra jistennew li jkun imisshom biex jaghtu huma ukoll isimhom. Bhala xenarju jittella' bini forma ta' djar xi arkata li tahtha ikunu is-suldati, madwar wesgha . Dan kollu jaghti aktar forza lid-diorama li tilhaq l-iskop taghha ma'l-ispettaturi.


Biex aktar tkun interessanti d-diorama u isservi bhala ghodda ta' taghlim, id-diorama ikollha l-informazzjoni fuq xi plakka, jew audio biex tispjega dak li qed tirrapresenta. Dioramas aktar avvanzati jistghu jinkludu wkoll il-fattur tal-moviment. Id-daqs tad-diorama ivarja skond il-klassi ta' l-esebitur. Student jista' jisvolgi d-diorama billi juza kaxxa ta' daqs zghir u b'hekk jaqsam dak li jkun ghamel rikerca fuqu b'mod interessanti ma' shabu l-ohra. Diorama ta' muzew hafna drabi tkun akbar u tkun tinkludi oggetti kbar ta' daqs normali sabiex l-ispettaturi jhossuhom aktar qrib l-episodju. Tista tkun interattiva billi tistieden lin-nies biex permezz ta' attrezzi icaqilqu partijiet tad-diorama u hekk isiru aktar konxji ta' xi tibdiliet li jsehhu fuq id-dehra ta' l-istruttura.


Wiehed jista 'jara xi ezempji ta'  diorama li s-suggett taghhom hu l-Milied billi jikklikja l-ikoni t'hawn taht.

EZEMPJI TA' DIORAMA TAL-MILIED

 

ESEBIZZJONI TA' DIORAMA  TAL-MILIED GEWWA GHAWDEX FL-OKAZZJONI TA' NOTTE GOZITANO 2010. (maghhom jidhru wkoll xi presepji) .

 

Make a free website with Yola