christmaspage

IL-MILIED GEWWA GHAJNSIELEM - PRESEPJU HAJ

 

Meta wiehed jidhol fl-ghelieqi fiz-zona msejha ta’ Passi, zgur li jhossu li halla warajh id-dinja ta’ hajja mghaggla u distratta biex isib ruhu f’dinja ohra ta’ ftit aktar minn 2000 sena ilu.

 D awn l-inhawi li huma fil-limiti ta’ Ghajnsielem Ghawdex, gew mibdula fil-villagg ta’ Betlem li fih twieled il-Mulej taghna Gesu’ Kristu. Huwa presepju haj billi fih animazzjoni b’nies reali, li jdahhlek fl-ispirtu tal-hajja ta’ dawk iz-zmienijiet u jilhaq il-quccata tieghu bit twelid ta’ Kristu fl-istalla ta’ Betlem.

M alli jidhol fih, il-vizitatur isib ruhu fis-suq ta’ Betlem fejn in-nies tal-lokal setghu ibieghu u jixtru dak kollu li n-natura kienet tipprovdi lill-bniedem biex jghix. Fis-suq wiehed seta’ jsib il-hxejjex ta’ l-istagun bhal ma huma hass, pastard, kabocci u kull haxix ohra tal-borma, frott frisk u niexef bhalma huma t-tamal u it-tin, tuffieh u laring tadam frisk u imqadded, qastan u tant hwejjeg ohra, kif ukoll prodotti ohra mahduma mill-bniedem bhalma huma zjut esratti miz-zebbuga, u ghasel estratt mix-xehda tan-nahal.

A ktar ma wiehed jibqa’ tiela’ ‘l fuq jiltaqa’ ma’ stallel fejn ir-rahhala kienu jzommu l-annimali taghhom li kienu tezor imprezzabbli ghalihom billi dawn kienu jipprovdulhom l-ikel ta’ kull jum bhalma kien il-halib li minnu kienu jaghmlu il-gobon, l-bajd u anke il-laham. Il-vjagg ikompli u kultant wiehed jista’ jilmah xi rghajj mat-tifel tieghu mixhut taht il-hajt bin-nar iheggeg quddiemhom. L-ilma minn dejjem kien utilita’ necessarja ghall-bniedem u d-diversi nixxighat mxerrda ‘l hawn u ‘l hinn kienu ta’ htiega biex jixorbu huma u jisqu lil annimali taghhom.

F l-ahhar wiehed jersaq lejn l-istalla fejn twieled Gesu’, Alla li s-sema u l-art ma jesghuhx, imma daqsxejn ta’ stalla fejn kienu jzommu l-annimali kien il-post li fih twieled ghas-salvazzjoni taghna. Hekk kif wiehed jidhol fuq quddiem wiehed jilmah lil Guzeppi zaghzugh bil-wieqfa jserrah ma’ bastun u Marija bilqieghda izzomm it-tarbija.

M eta wiehed johrog mill-istalla u jibqa’ tiela ghal-ghonq it-triq jasal fejn hemm lukanda li tfakkrek li hawn ma kienitx accettata s-Sagra Familja biex titkennen halli jitwieled Gesu’. Fiha zewg sulari; f’dak ta’ isfel wiehed seta’ jiekol xi haga u fis-sular ta’ fuq seta’ jistrieh ghall-lejl qabel l-ghada jkompli l-vjagg Aktar ma wiehed idur aktar jiskopri kif kienu jaqilghu l-ghexien taghhom nies ta’ zmien Kristu.

I s-snajja ta’ mastrudaxxa, furnar u haddied kienu komuni hafna u meta wiehed jidhol fil-hwienet taghhom jibqa’ mistaghgeb b’dak li jsib u jara. Fil-hanut tal-mastrudaxxa t-tfajjel kien qed jisserra’ l-injam taht il-harsien ta’ missieru, il-furnara kienet qed taghgen l-ghagina biex tinhema fil-forn fil-waqt li l-haddied bil-forga lesta bin-nar kien qed jipprepara biex jahdem xi hadid. It-tverna kienet tilqa’ fiha l-vizitaturi biex jistriehu u jieklu jew jixorbu xi haga wara d-dawra mal-presepju.

K ull min izuru zgur li jbierek il-mument li ghamel hekk ghax huwa tassew progett addatatt ghal dawn iz-zmienijiet u li jdahhlek fi spirtu qaddis.

Make a free website with Yola