christmaspage

 

 

 IL-MILIED FIL-LETTERATURA.

Meta Adam u Eva marru kontra l-kmand t'Alla li pprojbilhom li ma jieklux frott mis-sigra, huma tilfu l-hbiberija t'Alla u maghha l-ferh u s-sliem li kienu jgawdu. Meta tkeccew mill-Eden, flimkien maghhom il-bniedem sab ruhu:

       Fqir, imbikki, bis-sahha fuq rasu,
      qalbu mgerrma mis-susa tad-dnub;
      Jahrab minnek, kbir Alla li hlaqtu, 
      li ta' wiccek zejjintu bil-gmiel;
      jahrab minnek il-hena ta' hajtu,
     li tal-genna kont tajtu xi hjiel.
                                                       (il-Milied - Dun Karm)


Mad-dnub ta' l-ewwel bniedem, il-passjonijiet qamu ghar-ruh u tahbtu kemm felhu biex johdulha r-riedni minn idejha halli flok mid-dawl tal-grazzja, il-bniedem jitmexxa minnhom. U kull darba li rnexxilhom, ghammxlu ghajnejh hekk bl-ikrah li l-hajja ta' hawn ma bediex jaraha u jqisha hlief biss minn-nieqa sal-qabar; u wara, il-bahh, ix-xejn u t-tmiem ta' kollox. Maghqud f'dan il-jasar il-programm tieghu ma setx ikun ghajr wiehed:

     
Qis t'issa biss; li gej bhal dak li ghadda;
      dak li kien kien, u qatt ma jerga' jigi,
      Ohrog mela mill-imbid li ghandek, gharef
      tassew, sejjah ma' dwar il-mejda mzejna
      b'kull gid xebbiet u zaghzagh u kul u ixrob
      sakemm jisfa' mir-ras kull hsieb ta' dwejjaq;
      imbaghad aqbad minn nisa ta' ma dwarek,
     fost ic-capcip ta' shabek, l-isbah wahda,
     u lilha zeffen, zeffen; x'jigri wara 
     int taf bizzejjed.
    (fil-Milied tas-Sena 1916 - A Cuschieri)

Izda billi dan ta' qabel Kristu kien gherf iblah li jbikkik jekk biss tahseb fuqu. ma kellux jibqa' sejjer ghal dejjem u mea wasal iz-zmien imwaqqaf minn Alla intemmet l-ewwel profezija li habbret il-migja tal-Feddej ghall-bnedmin li kellu jaghti bidu ghall-glieda bejn in0nisel tal-Mara u n-nisel tax-xitan ghax meta

        gewwa ghar fuq ftit tiben

        twieled minn xebba in-Nisel,

        ta' David, ix-xewqa ta' kull zmien, it-tama

        u l-gieh ta' Sijon

                   (ibid)

ma twelidx ghal haga ohra hlief

          ....................biex dnubna jithassar,

          biex it-toqol tal-jasar imur.

                          (Il-Milied - Dun Karm)

 U Satana donnu ntebah li saltnatu kienet qed toqrob lejn tmiemha u

     l-infern trieghed bil-bxara tal-fidwa, 

     reha xxettru minn idu x-xitan,

     sabbtu b'rabja ma' l-art; b'lehen ohxon

     qal: "M'ghandix tal-bnedmin is-sultan"

                            (Il-Milied P. Mattew Kapp.)

U tassew li hekk kien ghax b'dan it-twelid kienet 

       ..........................gietna

       sa fl-ahhar u qatt izjed ma thallina 

       il-Qawwa li tifdina,

      li tharrab minn go fina

      id-dwejjaq u l-imrar ta' l-ewwel htija; 

      il-jasar ser jintemm darba ghal dejjem,

      il-ktajjen ser jinqasmu 

     tad-dnub; fuq l-art tad-dnewwa

     jergghu flimkien jitbewsu il-Haqq u s-Sewwa

                                            (Fil-Milied tas-sena 1916 - A. Cuschieri O.C.)

Il-Mulej kif nafu, jopra fis-skiet u fis-satra ghalhekk ried li

Fil-hemda tad-dalma

u r-rezha ta' l-ghar

imcahhad minn kollox

wisq ifqar mill-fqar

 

Bin Alla u Marija,

l-imwieghed Feddej

jitwieled f'maxtura

Hallieq u Qaddej.

(Milied - Vincent Ungaro)

 biex hadd ma jkun jaf b'dan il-misteru hlief dawk li Hu  ghazel biex igharrafulhom - ir-rghajja ta' Betlem, li ghall-kliem ta' l-anglu, marru jfittxu l-Messija mwieghed u sabuh.

---- fi stalla

imwieled

fuq erba' tibniet:

'il gismu baqra - u naqra

ta' hmar iharsu

mis-sried.

X'hin raw dik il-hlewwa ta' tarbija quddiemhom u fehmu x'kobor ta' tjieba kien ghamel maghhom il-Mulej, fahhru lil Alla minn qalbhom u raddewlu hajr.  Imma l-ferh li hassew huma ma mietx maghhom ghax, ghad li din il-grajja qatt ma tenniet ruhha, it-tifkira u l-effetti taghha ma jmutu qatt ma' tul is-snin; u kull meta joqrob Dicembru u niftakru li mill-ghar fejn twieled darba Gesu' ghadu

qieghed isejjah fejnu

bil-hlewa lil kulhadd;

sejha li d-dinja qabel

ma kienet semghet qatt:

 

"Ejjew ejjew ghal ghandi

qalb wahda w imxerkin,

ilkoll intom uliedi

u ahwa ta' xulxin.

 

 Ghalikom biss gejt niksah

f'dal- bard u f'dan is-skiet;

hallejt il-kobor tieghi

u s-saltna tas-smewwiet.

 

Ghalikom biss mis-sema

gejt fostkom f'dan il-hin,

sirt l-icken fost ic-ckejkna,

u l-ifqar tal-fajrin.

                  (L-ghanja tal-Milied - Gorg Pisani)

 

qalbna tfur bil-ferh u nhossuna ningibdu lejH ikatar minn qatt qabel ghax wara kollox kif inkantaw f'wiehed mill-innijiet popolari tal-Milied

ghalhekk hu twieled tarbija

biex il-qalb tingibed lejh.

U tassew tingibed lejh ghax lejlet il-Milied kotra kbira kbira ta' irgiel, nisa u tfal, zaghzagh u xjuh tingabar ma' dwaru ghall-quddiesa ta'nofs il-lejl biex tiehu gost meta

          fuq pulptu jitlaghlek it-tfajjel

          ifakkar il-habbar tal-gid,

          ifakkar l-ghajdut tal-bassara

           li nebbhu ta' Kristu t-twelid.

                                (Fil-Milied ta-sena 1916 - A Cuschieri O.C.)        

avolja grajja bhal din min jaf kemm-il darba tkun semghetha qabel. Ghax ghall-bniedem ma hemm farag ikbar milli meta jkun jaf li ghandu min ihobbu. U mhabba bhal ta' l-Iben t'Alla lill-bniedem ghadu hadd ma wrieh, u ebda mahluq iehor hliefu ghadu qatt ma garrab, l-anqas l-angli.  Imbellah u mistghageb quddiem dan il-misteru kbir ta' l-imhabba t'Alla lejn nistaqsu

 

          X'rat fil-bniedem, Bniedem Alla,

           biex turieh tjieba bhal din        

            U hadt minnu biex titqanqal

            u tkun mieghu hekk hanin? 

            Biex tifdieh hallejt is-sema

            u sirt izghar mic-ckejknin.

            Ghala 'l angli sbieh, imdawla,

            din il-grazzja ma tajthiex?

            Ghala ' l bniedem, inqas minnhom,

           O Gesu' ma cahhadthiex?

                   ( Lil Gesu' Tarbija - Joseph Sciberras)

Quddiem din l-imhabba kollha wiehed jistenna li l-bnedmin ikunu xi haga aktar minn rikonoxxenti lejn Alla, imma b'danakollu mhux darba u tnejn jigri li ahna noffenduh bid-dnub.  Imma ghaliex dan?  Tghid kieku kellna nkunu nafu ghala habbna daqshekk imgibitna lejh kienet titbiddel.  Ghalhekk nistaqsu

            Ghax habbejtna b'din l-imhabba?

            o Gesu;. ghidilna ghaliex!

            forsi fl-ahhar lil imhabbtek

            bis-sieq aktar ma ntuhiex.

                      (ibid)

u minflok nibdew nghixu hajja tal-grazzja kif iridna Hu biex sew issa u iktar u iktar wara mewtna, ingawdu l-frott ta' twelidu fil-milja kollha tieghu, bla ebda biza li xi darba ghad nitilfuh u  nergghu nsibu ruhna fil-jasar tad-dnub.

miktub minn ILARIO FELICE

Make a free website with Yola