christmaspage

1JUM

 

"Meta Erodi sema' dan thawwad, . . ." (Mattew 2:3).

Liema hlejqa, u hlejqa bla importanza u insinifikanti kienet ser tisfida lil Erodi, re tal-Lhud? It-tarbija Gesu' kien hlejqa bla siwi, ghall-bnedmin ghax deher id-dawl u ma apprezzawhx,  izda hawdet bil-kbir lil Erodi. L-agitazzjoni tieghu qanqlitu biex jwettaq infanticidju, il-qtil innocenti tat-trabi. Mill-karattri principali ta' l-istorja tal-Milied Erodi biss ma marx Betlem. Huwa il-bniedem li tilef il-festa tal-Milied.


Talba: Missier tieghi tas-sema ghinni nirbah il-biza' tieghi biex dan ma jkun il-kawza li nitlef ic-celebrazzjoni u t-tifsira vera tal-Milied.

 

TOP

2JUM

 

"Fejn hu dak li twieled li jghidulu is-sultan tal-Lhud?" (Mattew 2:2).

Matul is-sekli, eluf u eluf ta' drabi u aktar, tarbija titwieled u ssir re. Darba biss Sultan sar tarbija. Dak hu li niccelebraw fil-Milied. Re twieled gewwa stalla ta' l-annimali.! Fejn twieled mhux daqshekk importanti, izda pjuttost fejn jghammar li jghodd. Jirrenja fil-qalb tieghek?

Talba: Ejja fil-qalb tieghi Mulej Gesu' u oqghod fiha ghal dejjem.

TOP

3JUM

 

"Imma inti Betlem, . . . minnek johrog mexxej" (Mattew 2:6).

Billi Erodi kellu parentla Lhudija, xi ftit jew wisq kellu taghrif fuq l-Iskrittura. |Meta l-ghorrief talbu taghrif fuq fejn kellu jitwieled il-Messija biex huma jmorru jaghtuh qima, Erodi mar f'ras il-ghajn. Sejjah lil esperti u talabhom it-taghrif fuq fejn 

kellu jitwieled il-Messija. Huma kkonsultaw il-kitbiet tal-profeta Mikea li sa minn zmien qabel hafna habbar li dan il-Messija kellu jitwieled gewwa Betlem. Dan il-mexxej kien Kristu Gesu', li twieled biex ikun is-Salvatur taghna.

Talba: Mulej Gesu' qalbi hija tieghek. Hija miftuha ghalik u ghal hadd izjed.

TOP

4JUM

 

Meta raw il-kewba , qabadhom ferh kbir. " (Mattew 2:10).

Ghall-Magi d-dehra tal-kewba kienet xi haga li sahhrithom. . Qraw fuqha fuq l-Iskrittura: " Kewba timbet mid-dar ta' Gakobb. Xettru johrog mid-dar ta' Izrael". (Numri 24:17). Meta twieled Kristu, Ommu ftakret fil-kliem ta' l-Anglu "Huwa jkun kbir." (Luqa 1:32).

Talba: O Alla mhux li din il-kewba timliehli lir-ruhi bid-dawl tieghek.

 

TOP 

5JUM

 

". . .il-kewba li huma raw fil-lvant mxiet quddiemhom sakemm waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tarbija. s" (Mattew 2:9).

Matul it-tieni gwerra dinjija stilla blu f'tieqa kienet tfisser li xi hadd halla daru biex jaghti is-servizz tieghu fil-militar. Stilla ta' kulur id-deheb tfisser li huma ma kienux gejjin lura d-dar. Il-Magi raw l-kewba "fit-tieqa" tal-Mulej. Dak il-hin ma kienux jafu l-kulur taghha imma issa nafu li l-iben t'Alla halla hajtu ghalina biex jifdina.

Talba: Mulej nizzilhajr li l-Milied jfakkar ir-raguni ghala Kristu gie fid-dinja

 

TOP 

6JUM

 

 "Imbaghad huma fethu t-tezori taghhom u tawh ir-rigali" (Mattew 2:11).

Il-Milied hu zmien li taghmel il-pjani. Alla ippjana li tidher kewba fuq il-belt fejn twieled u mexxa lis-slaten magi tul il-vjagg biex isibuh. Huma wkoll ippjanaw bil-quddiem billi hasbu ghar-rigali. Inti ghamilt il-pjani tieghek x'sejjer taghti lil Kristu Gesu' fi twelidu? Is-suggeriment tieghi : Aghti lilek iniffsek.

Talba: Mulej Gesu' f'dan il-Milied jiena noffri lili niffsi lilek biex taghmel minni dak li trid

TOP

 

Qum, . . . hu lit-tarbija u lil ommu u aharbu lejn l-Egittu" (Mattew 2:13).

Alla hares lit-tarbija Gesu' billi wissa fil-holm lil Guzeppi biex jahrab mill-qilla vendikattiva u qattiela ta' Erodi. Meta Erodi miet Alla qal lil Guzeppi biex jirritorna lejn Nazaret. Alla jiehu hsiebek ukoll. Hu jhares minn nasba tax-xitan billi tak lil Ibnu biex jurik it-triq lejn is-sema.

Talba: Missier grazzi talli tajtni lil Ibnek biex ikun il-Hellies taghna u t-triq li twassalni ghandek

TOP

  

 

 

 

 

 


 

 

 

 

 

 

 

 


 

 

TOP 

 

 

 

.

 

 

 
 

 

 

TOP 

 
 

 

 

TOP 

 
6 JUM  

 

TOP 

 
7 JUM  
"  

 TOP   
8 JUM  
". . . u ma kienx hemm post ghalihom fil-lukanda" (Luqa 2:7).

Ghoxrin seklu wara, difficli li tkun taf x'gieghel lil lukandier jghidilhom li ma kienx hemm post ghalihom. Li kieku hu kien jaf li qed jirregetta lil Messija, kien ibiddel id-decizzjoni tieghu ? Probabilment li iva. U inti x'kont taghmel ? Ghandek post go qalb ghall-Mulej Gesu'? Huwa jixtieq li jaghmel minn ruhek l-ghamara tieghu.

Talba: Ejja Mulej Gesu'. Hemm post f'qalbi ghalik.

 

TOP 

 
9 JUM  
"F'dawk il-jiem Cesare Awgustu hareg edit biex isir censiment . . ." (Luqa 2:1).

Cesare qatt ma basar li dak ic-censiment kien parti mill-pjan ta' Alla. Betlem kellu jkun il-post fejn jitwieled il-Messija (Mikea Kap 5 vers 2) . Guzeppi ma kellu ebda raguni biex ihalli lil Nazaret sakem wasal iz-zmien ta' l-editt. Huwa u Marija, ivvjaggaw lejn Betlem u waslu fil-hin. Incidentalment Alla ukoll ghandu pjan ghalik.

Talba: Mulej ghinni nkun sensittiv ghal dik it-triq li   trid turini.

 

TOP 

 
10 JUM  
"Meta kienu hemm waslilha z-zmien li titwieled it-tarbija" (Luke 2:6).

Il-Milied ma sehhx hekk b'kumbinazzjoni. Alla ippjanah minn qabel biex isehh kollox meta u kif irid Hu. Ir-rghajja, ir-rejjiet tal-lvant, Guzeppi u Marija- ebda wiehed minnhom ma kien prezenti fl-istorja accidentalment. Gara kollox kif ried Alla. U meta wasal iz-zmien Alla baghat lil Iben tieghu, imwieled minn mara. (Galatin 4:4)

Talba: Ghaziz Alla ghinni nafda fil-pjanijiet tieghek.

 

 TOP  
11 JUM  
"Gezwritu fi ftit hrieqi u qieghditu go maxtura" (Luqa 2:7).

Kaxxa ta' l-injam mimlija bi ftit tiben saret l-ewwel sodda ghal Iben Alla. Mhux palazz. Mhux sodda bl-imhadded tal-harir. Ebda hrieqi bojod bhas-silg igenikament. Imma stalla fejn kien hemm l-annimali u l-hmieg taghhom. U bid-dawl tieghu jimla l-postijiet imwarrba u mudlama.

Talba: Missier, grazzi li ebda lejl ma hu daqshekk mdallam li d-dawl tieghek ma jistax jinfdu.

 

 TOP  
12 JUM  
"U kien hemm xi rghajja. . . fil-qrib, iharsu n-nghag taghhom." (LUQA 2:8).

Il-Milied hu zmien ta' stennija. It-tfal jistennew herqana li ma jdumx ma jasal. Imma dak il-Milied hadd ma kien jistennih. Ir-rghajja bezghuz u inhasdu meta raw l-angli. Ma kienux qed jistennew dik il-bxara ta' l-angli. Imma meta irrispondew ghall-messag hajjithom imbidlet. Tieghek tista' timbidel ukoll.

Talba: Ghaziz Mulej, ghinni nistenna dak li mhux mistenni f'dan il-Milied.

 

 TOP  
 13 JUM  
"Guzeppi ma riedx li jixliha pubblikament." (Matthew 1:19).

Guzeppi kellu qalb tal-laham ghall-proxxmu. Il-ligi kienet tara fl-gherusija pass serju, tant li seta' kieku ried jihall minn Marija wara li hija saret omm meta ma' kienitx mizzewga.. Ragel li r-relazzjoni tieghu ma Alla hi fuq sisien sodi, ma jibzghax jaghmel ghazla bejn it-tjubija u l-hruxija. Jaghzel dejjem li jkun ta' qalb helwa u umli.

Talba: Mulej Ghinni nirrifletti fuq t-tjubja u l-imhabba ta' Gesu' kuljum.

 

TOP  
14 JUM  
 "Hu jkun kbir u jissejjah Bin l-aktar Gholi" (Luqa 1:32).

Kien jsejhulu l-mastrudaxxa, iben Marija, il-profeta minn Nazaret. In-nies kienu jghidulu Rabbi, Imghallem. L-anglu qal lil Marija li huwa jkun Bin l-aktar Gholi. Fi kliem iehor l-Messija. Il-Mistenni. Dak li s-saltna tieghu ma tmut qatt. Dak li ahna naduraw.

Talba: Missier tas-Sema ahna naduraw lil Ibnek Gesu' li gie ghalina biex isalvana.

 

TOP  
15 JUM  
"wara li haseb f'dan. . ." (Mattew 1:20).

Guzeppi kien ragel ghaqli. Ma riedx ikompli jahseb fuq l-ghazliet tieghu. Huwa haseb fuq r-responsabilta' tieghu lejn Alla. Haseb li hu kien kommess lejn Marija. Ikkonsidra l-possibiltajiet kollha qabel iddecida x'sejjer jaghmel. Meta quddiemek ghandek decizzjoni serja, ieqaf u ahseb u itlob l-ghajnuna t'Alla.

Talba: Mulej Gesu' ghinni niehu decizzjonijiet tajba u li jghogbu lilek.

 
TOP  
 16 JUM  
". . ...dak li ser jitwieled gej mill-Ispirtu Santu" (Mattew 1:20).

Meta Marija qalet lil Guzeppi b'dak kollu li kien qed isehh fiha, nimaginaw lil Guzeppi jghidilha: X'qallek l-anglu? X'ghamel l-Ispirtu Qaddis t'Alla? Tahseb li ser nemmnek?.

Imma l-anglu tal-Mulej assigurah li Marija kien qed tghid il-verita' Alla mhux marbut bin-natura. Il-mirakli tieghu jghaggbu lill-fidi taghna.

Talba: Mulej jiena nemmen fik; ghin il-fidi tieghi

 
TOP  
 17 JUM  
 ". . . u inti ttih l-isem ta' Gesu'" (Mattew 1:21).

Fil-Bibbja l-ismijiet huma haga ta' importanza kbira. Hafna drabi juru l-karatttru tal-persuna . Fil-kaz ta' Gesu', ismu jfisser li Hu kien Salvatur. It-tarbija ta' Betlem kibret biex meta sar ragel huwa taha hajtu biex is-salva lil bnedmin mit-telfien.

Talba: Hajr Mulej talli baghtilna lil Ibnek b'Salvatur taghna.

 
TOP  
18 JUM  
". . . U huma jsejhulu Emanuel li tfisser Alla maghna. '" (Mattew 1:23).

Ghax Alla taghna mhux Alla tal-mejtin, izda Alla tal-hajjin. Huwa ghalhekk jinsab fostna u jghix ma' min ghandu qalbu mansweta u umli.

Talba: Missier tas-Sema kemm ghandna ghax inhossuna xxurtjati li Inti tinsab hekk qrib taghna.

 
TOP  
 19 JUM  
 "Meta Guzeppi qam, ghamel kif kien amarlu l-anglu tal-Mulej . . ." (Mattew 1:24).

Ma hemm ebda haga ohra li tissostwixxi lil ubbidjenza. Minghajr ma ta kaz ghal dak li setghu jghidu n-nies fuqu u fuq Marija huwa ha b'martu lil Marija u sari l-missier putattiv ta' Gesu' fuq l-art. Id-decizzjoni li jobdi lil Alla hija ta' ezempju kbir. Meta Alla jkellimna li din it-triq li minnha rridu nghaddu, jehtieg li minna nimxu.

Talba: Mulej Hawn jien quddiem irrid nobdik.

 
 TOP  
20 JUM  
"U l-anglu qalilhom: Tibzghux" (Luke 2:10).

Il-kelma tibzaghx tidher fl-iskrittura ghal aktar minn sittin darba. Alla jaf li ahna nibzghu bosta drabi. Meta l-anglu kien okazzjoni ta' biza f'dak il-lejl qaddis kien hemm raguni specjali ghaliex bezghu. Madankollu Alla ikkalmalhom il-biza' taghhom u lil qlubhom. Ghaliex tibza'? Il-kelma li qed tisma' qed xxandarlek id-dinja jew dak li jghidlek Alla?

Talba: O Missier tieghi tas-Sema imlieli qalbi fil-paci bera tieghek
.

 
TOP  
21 JUM  
"Il-lum . . . tweldilkom Salvatur" (Luqa 2:11).

Ghal eluf ta' snin il-poplu Lhudi fittex u gera' wara Messija, Hellies, Salvatur. L-istorja taghhom turi bic-car numru bla ghadd ta' staguni u snin ta' tama u disperazzjoni. Dejjem dak ix-xaqq ta' dawl li jghib fix-xejn. Imma issa waslet il-gurnata li fiha s-Salvatur tad-dinja deher fostna l-bnedmin taht forma ta' seftur.

Talba: Mulej inti gejt fostna l-bnedmin biex taqdi u mhux biex tkun moqdi ghinni biex jiena wkoll inkun ta' servizz ghal min jehtiegni.

 
TOP  
 22 JUM  
"Glorja lil Alla fil-gholi tas-smewwiet u paci fl-art lill-bnedmin ta' rieda tajba." (Luqa 2:14).

L-angli kienu li qalu din il-frazi, dawk l-istess angli li huma xiehda tal-glorja tieghu fis-sema. Ahna wkoll nistghu nigglorifikaw lil Alla meta nwettqu dak li jrid Hu minna. Hemm imbaghad ngawdu l-vera paci. Ma jistenna qatt paci dak li hu maqtugh minn Alla. Il-paci hija weghda lit-tajbin.

Talba: O Mulej kun inti l-ghajnuna tieghi. Fik biss jiena rrid nistkenn.

 
 TOP  
 JUM 23  
 Kif raw dan, bdew jgħarrfu b'kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija.[Lq:2:17]

L-ahbar it-tajba trid tinxtered. Hafna drabi noqghodu daqsxejn lura. Inkunu kollna entuzjazmu fuq karozza gdida, fuq dar gdida fuq wild gdid. Qabel ma nkunu nafuha, diga nkunu qed nghidu lil haddiehor fuq dak kollu li ser jghaddi minna. Jalla dan il-ferh tal-migja ta' Kristu fostna bhala tarbija, nxerrduh ma' dawk ta' madwarna.

Talba: Missier Alla ghinni naqsam din l-ahbar it-tajba ma ohrajn.

 
TOP  
 JUM24  

 "Ir-rghajja rritornaw lura lejn djarhom jfahhru u jaghtu glorja lil Alla." (Luqa 2:20).

Kieku riedu jahbu dak il-ferh ma setghux. Wicchom kien jixhed ferh liema bhalu. Kienu l-ewwel nies li raw lil Messija. Imma ma kienux l-ahhar nies li fahhru lil Alla. Ahna ghadna qed naghmlu l-istess haga l-lum.

Talba: Mulej kun inti l-ghajnuna tieghi biex naghtik tifhir u hajr.

 

 
TOP  
JUM 25  
 "Guzeppi ir-ragel taghha kien bniedem gust" (Mattew 1:19).

Bniedem gust huwa persuna onesta li dejjem irid jaghmel dak li hu sewwa. Allura x'sejjer jaghmel Guzeppi quddiem sitwazzjoni li fiha hu kien jaf li mhux il-missier tat-tarbija ta' l-gharus tieghu Marija? X'naghmlu ahna quddiem sitwazzjonijiet difficli fil-hajja taghna. Kif niddeterminaw dak li hu tajjeb minn dak hu hazin?

Talba: O Mulej ghinni naghraf ir-rieda tieghek u x'ghandi naghmel meta nigi biex niehu decizzjoni tqila.

 
TOP  
JUM 26  
 Kemm ghandna ghax nirringrazzjaw lil Alla, li wara li kien offiz bid-dnub tal-bniedem, henn ghalih u baghtlu lil Iben unigenitu tieghu sabiex minn jemmen fih ma jintilifx izda jkollu l-hajja ta' dejjem.

Gesu' twieled minn Marija u sar bniedem bhalna f'kollox, barra mid-dnub. Gesu' ferah, Gesu' bata, Gesu' beka, Gesu' kiel meta qabdu l-guh u xorob meta kellu l-ghatx,................. ghamel kollox bhalna barra d-dnub.

Ghalhekk noffru l-merti tat-twelid ta' Kristu Gesu', biex nitolbu l-ghajnuna t'Alla, noffrulu r-ringrazzjamenti taghna, noffrulu l-qima u l-adorazzjoni taghna u nitolbuh jahfrilna.
 
TOP  
JUM 27  
 Talb ghal-lejliet il-Milied.

Sinjur Alla, f'gieh it-twelid imqaddes ta' Ibnek ahna nadurawk.

Sinjur Alla, f'gieh it-twelid imqaddes t'Ibnek ahna nizzukhajr ghall-kbira imhabba Tieghek lejna l-bnedmin, li baghtilna Salvatur li mill-gdid immeritalna l-permju etern.

Sinjur Alla, f'gieh it-twelid imqaddes t'Ibnek ahna nitobuk tahfrilna u taghtina l-grazzja tieghek biex nitbghedu mid-dnub.

Ammen Ammen Ammen
 
TOP  

Make a free website with Yola