christmaspage

  IL-MILIED U SAN PIJU MINN PIETRALCINA (PADRE PIO)


Il-Milied kien zmien tas-sena li kien jappella hafna fuq in-natura sensittiva ta’ Padre Pio, il-qaddis minn Pietralcina. It-twelid ta’ Kristu kienet festa liturgika li kien japprezza hafna.

Padre Pio kien sacerdot anzi patri frangiskan li garr is-sinjali visibbli tal-passjoni ta’ Kristu hajtu kollha.  Kien maghruf bhala “ il-fra bl-istigmati.” Kienet tkun haga naturali allura li Padre Pio jkollu devozzjoni partikulari lejn Kristu mislub u li l-istagun preferut liturgiku jkun dak li jfakkarna fs-sofferenzi fizici ta’ Gesu’  Imma l-verita’ hija ohra.

Entuzjamu Kbir.

Il-Passjoni u l-Mewt ta’ Kristu, l-Iben ta’ Alla dejjem kienet parti mill-meditazzjoni ta’ Padre Pio; huwa nnifsu sar immagini hajja ta’ Kristu fuq is-salib.  Huwa accetta dik l-ghazla billi fehem li l-unika triq misterjuza  ghas-salvazzjoni hija t-tbatija.

Il-gibda vera u specjali tieghu kienet lejn il-Milied, zmien li ghalih kien affaxxinanti, zmien li kellu appell qawwi fuq in-natura sensittiva tieghu. L-immagini tat-tarbija Gesu’ kienet tqanqal fih sentimenti ta’ simpatija u mhabba, li bosta drabi kien jaqbizlu d-dmugh. Fil-misteru tat-twelid ta’ Kristu hu kien jara l-imhabba bla tarf ta’ Alla lejn il-bniedem. Kull min kien jaf mill-qrib  jistqarr li l-Milied kienet festa liturgika li kien japprezza hafna u li kien jipprepara biex jiccelebraha bl-akbar reqqa u entuzjazmu li jsahhar. Dan kien jaghmlu kemm meta kien zaghzugh kif ukoll meta kiber.  Fr. Ignazio da Lesli, li kien gwardjan go San Giovanni Rotondo mis-snin 1922 sas-sena 1925 meta Padre Pio kien ghadu zaghzugh u kien ghadu kemm ircieva l-pjagi, jikteb hekk fid-djarju tieghu: Padre Pio kellu passjoni kbira biex jiccelebra il-Milied.  Jahseb fuqu l-hin kollu. Jghodd il-jiem li jonqos minn Milied ghal iehor. Hu ghandu devozzjoni specjali lejn it-tarbija Gesu’. Bizzejjed biex jisma’ xi innu tal-Milied u qalbu tfur bil-ferh. Thares lejh u tahsbu li qieghed f’estasi.

Il-Quddiesa ta’ nofs il-lejl ta’ Padre Pio.

Kien patri umli u migbur fih innifsu. Qatt ma talab xejn ghalih innifsu billi kien iqis ruhu l-inqas fost hutu. Imma kien ihobb li jcedulu li jiccelebra l-quddiesa ta’ nofs il-lejl gewwa l-knisja zghira ta’ San Giovanni Rotondo.  Billi l-quddiesa ta’ nofs il-lejl kienet celebrazzjoni solenni, kien il-gwardjan tal-kunvent li kien ikollu l-unur li jqaddisha.  Pero’ billi kull gwardjan kien jaf l-imhabba kbira li Padre Pio kellu lejn il-Milied, kienu jcedulu d-dritt tieghu u jhalluh ikun hu l-prim celebrant.

Kull min kien jattendi ghall-quddiesa kull johrog impressjonat bil-gabra ta’ Padre Pio.  Kienet tkun quddiesa twila li kultant kienet tispicca fil-hamsa ta’ filghodu. U minkejja li t-triq biex tasal sal-knisja ta’ San Giovanni, fis-snin 1920 u 1930,  kienet wahda mharbta u fix-xitwa kienet tkun miksija bis-silg, in-nies kienet lesta tghaddi mill-inkonvenjenza tal-vjagg u tattendi ghall-quddiesa tieghu. Qabel il-quddiesa Padre Pio kien jahti merhba lil kulhadd. Fuq wiccu kienu jaraw bidla kbira ghall-ferh li kien igarrab. Tirrakonta Lucia Ladanza, wahda minn dawk li kienet tfittex id-direzzjoni spiritwali tieghu, li fl-24 ta’ Dicembru tas-sena 1922, li kienet migbura ma’ xi nies ohra madwar  kenur fis-sagristija biex jishnu minhabba l-kesha. Kienu qed jghidu r-ruzarju  flimkien ma’ Padre Pio jistennew isir il-hin biex tibda’ l-quddiesa. F’daqqa wahda, “ rajt it-tarbija Gesu’ f’idejn Padre Pio li dak il-hin kien imdawwar b’dija specjali. Padre Pio kien ihares lejn it-tarbija Gesu’ b’sentimenti profondi ta’ imhabba u b’wicc imbissem. Meta l-vizjoni ghebet Padre Pio rrealizza li mill-harsa tieghi lejh jiena kont  xhud ta’ dak kollu li sehh.” Huwa resaq lejja u minn taht wissieni biex ma nirrakonta xejn .

Xhud iehor ta’ grajja simili kienet dik li jirrakonta Padre Raffaele da Sant’Elia li ghal 35 sena shah kienet jghix cella ma’ cella mieghu. “Jiena qomt biex ninzel fil-knisja ghall-quddiesa ta’ nofs il-lejl tas-sena 1924. Il-kuritur kien kbir u mudlam u l-uniku dawl kien dak ta’ fjamma ta’ lampa taz-zejt. Fid-dalma u dellijiet stajt nara lil Padre Pio sejjer ukoll lejn il-knisja, imdawwar b’dija, b’faxxa ta’ dawl. F’idejh kellu lit-tarbija Gesu’. Baqa’ tassew imbellah ghal dehra bhal dik. Padre Pio ghadda minn ma’ gembi u ma ndunax li jiena kont qed nara kollox.”

Jitwieled mill-gdid.

Hadd ma jista’ jghid u jfisser is-sentimenti ta’ dak il-hin li kien igarrab Padre Pio.  Kien bniedem riservat imma l-korrispondenza privata tieghu taghti xi hjiel.  Lill- konfessur tieghu kitiblu hekk:  Jalla t-Tarbija Divina timlielek qalbek b’dawk l-emozzjonijiet qaddisa li ta lili meta f’dak il-lejl qaddis giet imqieghed fil-maxtura. Bilkemm nista’ niddeskrivi dak li hassejt u ghaddejt minnu f’dik il-lejla ta’ ferh. Qalbi kienet qed tfur bil-ferh bl-imhabba qaddisa lejn dak Alla maghmul bniedem.

Lil Raffaellina Cerase, bint ohra spiritwali tieghu, kitbilha hekk:  Meta tibda’ n-Novena tal-Milied, nhoss bhallikieku l-ispirtu tieghi jerga’ jitwieled mill-gdid.  Inhoss qalbi zghira wisq biex thaddan il-barkiet kollha tas-sema. Ruhi hassejtha tigi fix-xejn  fil-prezenza ta’ Alla taghna li sar bniedem. Kif nistghu ma nhobbuhx b’fervur li qatt ma ghandu jinxef?  Nifthu qalbna berah lit-Tarbija Gesu’ li huwa minghajr ebda tebgha ta’ dnub u nduqu u naraw kemm hu helu li thobbU

Hutu l-patrijiet jiftakru li Padre Pio ried li l-presepju armat fil-knisja taghhom ikun qrib il-konfessonarju tieghu sabiex ikun jista’ jitfa’ harstu fuqu waqt li jkun qed jamministra is-sagrament tar-Rikonciljazzjoni. Kien joqghod sighat u sighat kuljum fil-konfessjonarju b’harstu iffisata fuq ix-xbiha tat-Tarbija Gesu’.

Il-Presepju.

Meta kien ghadu tfajjel Francesco ried li jkun hu li jarma l-presepju god-dar fejn kienu joaqghodu, gewwa Pietralcina. Kien jibda’ jahseb ghalih sa minn kmieni fix-xahar ta’ Ottubru. Waqt li kien jirgha l-merhla tal-familja ma’  hbiebu, it-tfajjel kien ifittex it-tafal biex bih jifforma l-pasturi u nghag li kien ipoggi fil-presepju.  Kien tant jinqala’ li kien wkoll jaghmel pasturi ghal shabu. Meta kien jigi biex jifforma lil Gesu’ tarbija kien bosta drabi jghaffeg it-tafal u jibda’ mill-gdid sakemm il-prodott finali jkun dak li jixtieq.  Hekk jixhed wiehed minn shabu jismu Luigi Orlando.

It-tfajjel Francesco, il-futur Padre Pio, ried li l-presepju jkun xena mill-isbah. Xtaq li jixghel il-presepju biex jaghtih dehra aktar interessanti. F’dawk iz-zminijiet gewwa Pietralcina ma kienx hemm eletriku u kien necessarju li jintuza’ iz-zejt ghad-dawl.  Ghaldaqstant Francesco u shabu kienu jfittxu xqur vojta tal-bebbux, kienu jimlewhom biz-zejt, jpoggu ftila bir-rizultat li jispiccaw b’lanterna zghira mill-aqwa li meta titpogga fil-presepju  kienet iddawwal il-presepju.

Padre Pio jikteb hekk: “L-art tilqa’ is-Salvatur taghha, izda d-dinja ma taghrfux. Oh! Kemm konfuzzjoni ssib ruhi meta nahseb kemm drabi ghalaqt il-bieb ta’ qalbi ghal ispirazzjonijiet divini… Kemm drabi rrifjutajt li nhalli r-re ta’ l-imhabba jirrenja go dari kull darba li habbat.  X’misthija ngarrab meta niftakar li aktar tajt kaz tal-passjonijiet .  X’konfuzjoni ggarrab ir-ruh tieghi;  O Gesu’ dejjem rikk fil-hniena tieghek. Ahfirli.”

Make a free website with Yola