christmaspage


 JUM WIEHED GEWWA BETLEHEM


Ir-raggi tax-xemx bdew ininu u kont ili nahmi l-hobz il-jum kollu. Dahri beda’ juri sinjali ta’ ugigh u saqajja bdew jintefhu bil-ghejja. Hemm bzonn nieqaf u niehu ftit mistrieh.  Il-vjaggaturi hekk kif jaslu ghac-censiment ordnat minn Cesari Awgustu jkunu jridu jieklu xi haga.  Dawn ikunu ghamlu vjagg twil u iebes.  Jehtieg li nkun imhejji sew. L-gheneb, iz-zbib, il-karawett, iz-zebbug u l-ftajjar nezlin gmielhom.  Aktar vjaggaturi dehlin fil-hanut tieghi.

Vjaggatur ghajjien mit-triq twila li ha hu, u l-familja tieghu, dahal fil-hanut u sellimli: “ Il-Paci mieghek! “, u staqsieni, “ Ghandek xi haga ta’ l-ikel? Jiena u qrabati ghandna l-guh.”

“Iva, ghaddu,” wegibtu u wrejtu rokna fejn jista’ joqghod ghas-shana tan-nar.  Waqt li kont qed intih l-ikel li ordna, talabni jekk jistax jorqod fil-hanut ghal dik il-lejla, izda jiena kelli nghidlu le ghax diga kelli lil qrabati mieghi.  Ma kellix aktar spazju.  U ghidtlu: “ Ara tippruvax fit-tarf tat-triq.”  Huma sellmu b’rashom, irringrazzjawni tal-hobz u frott li tajthom u telqu.

Hekk kif hrigna l-hobz mill-forn, ohti, li kienet qed tatini daqqa t’id fix-xoghol, fesfsitli: “Smajt bix-xniegha li twieled il-Messija gewwa Betlem?”

“Nghidlek is-sewwa hekk smajthom jghidu meta filghodu kont hdejn il-bir nimla’ l-ilma. U kemm nixtieq li din hija l-verita.’”

Fqajjar resaq lejn il-hanut tieghi, imma s-suldati rumani keccewh; ix-xniegha tas-Salvatur semghuha huma wkoll u kienu  attenti ghal dan is-Salvatur Sultan. Xtaqt naghtih ftit tamal u ftira, imma ndehext meta harsti ltaqghet ma’ dik tas-suldati rumani krudili. “La kont ser tathihielu bla hlas tista’ tatiha lilna. Ilna bil-guh minn filghodu nghassu fuq in-nies,” qalulha. U kienu pronti hatfulha l-ftira u t-tamal minn idejha u bla ebda radd il-hajr telqu ‘l hemm. Ma tkellimt xejn u zammejt kollox go fija.

Aktar tard xi rghajja gew fil-belt u bdew jirrakontaw stejjer ta’ angli jkantaw u jipproklamaw it-twelid ta’ tarbija.  Qalbi qabzet bil-ferh. Possibli li Alla kien ghazel lill-belt zghira ta’ Betlem biex fiha jitwieled il-Messija?

Iva, il-miraklu tassew sehh.  Alla tant habbna li baghat lil Iben tieghu biex isalvana. Fit-tarf tal-belt zmien ilu hafna, fl-istalla ta’ l-annimali, twieldet tarbija.  Ommu bisitlu dawk l-idejn zghar li ghada pitghada kellhom ikunu msammra ma’ salib, u tefghet harsitha fuq ghajnejh.  Il-qalb taghha kienet ghadha ma gharfitx il-vjagg li Binha jum wiehed kien ser jiehu biex jifdi lid-dinja.  Dak il-vjagg kien ser isalva lid-dinja u beda’ minn Betlem.



It-Testment il-Gdid jurina min hu Iben Marija. L-Anglu Gabirjiel identifika lil Kristu f’ erba’ manjieri: 

Hu Iben Marija u allura huwa UMAN

Huwa Iben il-Gholi u allura DIVIN

Huwa Iben David u allura gej mill-linja RJALI

Huwa Iben Alla u allura indaqs f’kollox mal-Missier.

Hekk kif noffrulhu l-qima taghna f’dan il-Milied, nahdmu biex ic-celebrazzjonijiet taghna ikunu ta’ ferh u ammirazzjoni lejn xi jfisser li Alla Missierna tas-Sema tana l-Iben Tieghu.

Ejjew Nadurawh.

Make a free website with Yola