christmaspage

 FEJN HI BETLEM TIEGHEK?

[Lq:2:4] Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta' Nazaret, u tala' l-Lhudija, fil-belt ta' David jisimha Betlehem - għax hu kien mid-dar u l-familja ta' David - [Lq:2:5] biex jinkiteb flimkien ma' Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila.

Kien vjagg ta’ madwar 100 kilometru minn Nazaret sa Betlem. Imma li tivvjagga minn qalb l-gholjiet, tghaddi mill-villaggi u madwar ix-xmara kont bilfors ittawwal it-triq. L-istampi tal-Milied dejjem juruna lil Marija riekba fuq hmar, imma ma ghandniex idea preciza ta’ kif Marija u Guzeppi vvjaggaw.  Fi kwalunkwe kaz, kemm jekk bil-mixi kif ukoll riekba fuq xi hmar, zgur li ma kienx vjagg komdu u pjacevoli specalment ghall-mara li kienet fi tmiem it-tqala taghha.

Marija u Guzeppi ma kienxu jafu ma xhiex ser jhabbtu wicchom meta jaslu Betlem. Kienu zguri li hemm ser jaraw hafna nies li bhalhom marru hemm biex jaghtu isimhom ghac-censiment. Ma kienux zguri pero’ jekk hux ser isibu post fejn jitwieled Gesu’ ghax setghu jobsru li kullimkien kien okkupat bil-vjaggaturi. Bhala koppja ntelqu f’idejn Alla l-Imbierek, perswazi li fil-bzonn jindahal Hu ghalihom.

Kwazi disa’ xhur qabel il-wasla taghhom gewwa Betlem, Marija stqarret il-FIAT taghha lill Alla – IKUN MINNI SKJOND KELMTEK - u dawn il-kelmiet zgur kienu ta’ konfort u kuragg ghal hafna incertezzi li minnhom kienet ser tghaddi fis-snin li kienu ser jghaddu minn fuqha.  B’dawn il-kelmiet quddiemha hija setghet iggarab dak kollu li kien kontra qalbha: il-vjagg twil u ta’ strapazz, l-ilsna hziena li kienu jtaqtqu kontra taghha gewwa Nazaret, il-hars fiss ta’ l-istranjieri lejha u l-istalla fejn kellha twelled lil Gesu’ ghax post ghalihom fil-lukandi ma kienx hemm. Kien minn dawn il-mumenti li Marija kellha tiffaccja t-triq tas-salib, qabel ma Simewni habbrilha li sejf kellu jinfdilha lill-qalbha.

U INTI FEJN HU Betlem tieghek?  Jekk quddiemek jitfaccaw cirkustanzi iebsa icciedi jew b’qawwa tbaxxi rasek ghar-rieda t’Alla minghajr tgergir? Meta nghaqqdu r-rieda taghna ma’ ta’ Alla, ahna bhal Marija nkunu qed nghidu lil Alla: IKUN DAK LI TRID INTI.  Mhix xi haga hafifa ccedi r-rieda tieghek, tpoggiha fil-gemb biex thares wahda aqwa, dik li jrid Alla minnek, izda bil-grazzja ta’ Alla kollox hu possibbli.


Make a free website with Yola