christmaspage

 

 

 

 

 

 

Ghandna ftit wisq taghrif biex nkunu nafu l-bidu tal-presepju f'Malta, pero' jinghad li kien jintrama' presepju fil-knisja tad-Dumnikani tar-Rabat, Malta, sa mis-sena 1617. Nies ohra kapaci fil-bini tal-presepji bhal ma kien Fra Benedetto Papale, Sqalli li ghadda xi zmien hawn Malta u li ghandu xi xoghlijiet esebiti fil-Muzew gewwa Caltagirone jissemma' li halla l-impronta tieghu f'dan il-qasam gewwa Malta. Mieghu jistghu jinghadu Antonio Muscat Fenech minn Hal Qormi li kellu presepju mekkaniku jahdem bl-ilma, u Duminku Pace li hadem presepju kbir f'tas-Sliema. Dawn ix-xoghlijiet hu mahsub li saru bejn il 1870 - 1877. Imma ebda wiehed minn dawn il-presepju ma ghadu jesizti.


Nafu fiz-zgur li kienet fis-sena 1826 kien jezisti presepju fil-Monasteru tas-Sorijiet tal-Benedittini, fl-Imdina ghaliex din id- data tinsab minquxa fuqu. Barra minn hekk hemm ukoll xi ittri minquxa fuqu li forsi jistghu jkunu l-inizjali ta' min hadmu.


Jidher ukoll, izda ma hemm xejn ufficjali, li l-presepju Naplitan kellu xi effett fuq il-presepji li kienu jezistu f'xi kunventi jew djar privati ta' nies ghonja. Il-presepju Naplitan kien artistiku hafna fid-dehra tieghu. Il-figuri li kienu jitqieghdu fih kienu manikini mlibbsa ilbies rikk u mill-aqwa. Minn dawn il-presepji ma fadal xejn.

 
Il-presepju Sqalli kien aktar jinzel mal-Maltin ghaliex hafna mill-karateristici tieghu huma komuni ma' dak Malti. Raguni ohra tista' tkun is-safar spiss tal-Maltin lejn din l-ewwel art li l-kultura taghha fil-presepju halliet impressjoni fil-presepju Malti.


Il-presepju Malti ghandu l-karateristici tieghu. Wiehed jista jara fih il-mithna tar-rih u xi snajja Maltin imdahhla fid-diversi taqsimiet tieghu. Il-presepju sar aktar popolari fis-seklu 19 meta bdew jinhadmu l-pasturi bil-forom u allura kienu bil-wisq irhis minn dawk skolpiti bl-idejn. Kienu mlaqqma l-pasturi tas-soldi, ghax kienu jimbieghu sold biss. Dan kien ta' vantagg kbir ghaliex kulhadd seta' jixtrihom u jqieghedhom fil-presepju li kien jibni hu.Il-pasturi kienu jippresentaw diversi nies tas-snajja maltin. Ma kienx jonqos li fost dawn insibu id-daqqaq tal-kitarra, taz-zaqq u tambur jew il-furnar, il-bidwi u r-raghaj. Ma kienux xi xoghol artistiku, izda kien bizzejjed biex jinghogbu mill-poplu u jinxtraw.


Il-materjal li minnu kienu jahdmu l-presepji fid-djar bosta drabi kien ikun il-karti tal- boroz tas-siment billi dawn kien materjal b'sahhtu, imma fl-istess hin li seta' jinghata l-forma li wiehed kien jixtieq. Materjal iehor li kien jintuza kien il-gebel rustiku jew gagazza.


San Gorg Preca, il-fundatur tas-Socjeta' tat-Taghlim Nisrani kien il-mutur biex il-presepju jibqa' haga hajja fil-familji Maltin. Ried li kull qasam fejn issir id-duttrina, it-tfal jinghataw grotta zghira biex johduha maghhom id-dar u b'hekk il-familja tiftakar fil-misteru tat-Twelid tas-Salvatur tal-bnedmin. U hekk ghadu jibqa' jsir sal-gurnata tal-lum.


Il-presepju jitqieghed fuq xi gradenza jew mejda u jzejnuh b'xi dawl zghar u gulbiena.


Fis-sena 1986 twieldet l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju (Malta) li tahdem bla heda biex kull sena ttella' wirja tal-presepji tal-Milied biex izzomm hajja din it-tradizzjoni fost il-Maltin. Dawn il-wirjiet jintlaqghu tajjeb hafna u l-pubbliku juri interess meta jistaqsi kif isir biex jimbena presepju.

 

 

AKTAR PRESEPJI MALTIN         

 

 

 

Make a free website with Yola