christmaspage

 

 

 

 

 L-iskola naplitana tinhass hafna fil-presepju siciljan specjalment f'dak li ghandu x'jaqsam ma' l-ambjent - riproduzzjoni ta' xeni mill-hajja ta' kuljum bil-partecipazzjoni ta' persunaggi tal-lokal - u xi mindaqqiet ukoll it-teknika - manikini ta' l-injam imlibbsa. Il-presepju jippresenta madankollu diversi karattri originali skond l-ambjent geografiku li fih ikun imtella'. Erba' huma l-lokalitajiet li l-artigjanat tal-presepji svillupaw b'mod sinifikanti: Palermo, Siracusa, Trapani u Caltagirone. Gewwa Palermo u Sirakuza fejn l-agrikultura hija mxerrda hafna, sa mill-1600 kienu juzaw ix-xema biex jahdmu x-xbihat tal-Bambin Gesu' u presepji shah. Spikkaw hafna f'din l-arti mghallmin li kienu mlaqqma "Bambinai" li kienu jahdmu gewwa Palermo, fiz-zona tal-knisja ta' San Dumiku bejn 1600 u 1700.

Imghallem maghruf hafna kien Giulio Gaetano Zumbo li wiehed mill-presepji tieghu wiehed jista' jammrah fil-Victoria and Albert Museum ta' Londra. Xoghlijiet ohra ta' Giovanni Rosselli huma esebiti fil-Musew Regjonali ta' Messina. Il- "Bambini " tax-xema huma raffinati u mzejna b'accessorji tad-deheb u fidda u b'salib mizmum f'idejhom. Fl-1800 kienu renomati "l-imghallmin tax-xema" li kienu jipproducu presepi shah jew Bambini b'espressjoni ta' ferh jew reqdin b'xi harfu f'idejhom, fjura jew frotta u imzejna bi fjuri tal-karta u mqieghda go bozza tal-hgieg. Ezemplari ta' dan ix-xoghol mahdum minn Fra Ignazio Macca huma mharsa b'ghozza kbira fil-muzew Bellomo ta' Sirakuza.

 Fil-palazz veskovili ta' Noto hemm mizmum presepju interessanti maghmul minn 38 figura fi sfond tal-kampanja ta' Iblea. Fi Trapani l-manifattura tal-presepji hija kemm xejn differenti. Il-materjal li juzaw biex jahdmuhom huwa korall, avorju, madreperla, alabastru u arzell.

 Ezemplari mill-aqwa jinsabu fil-Muzewijiet ta' Pepoli ta' Trapani u Cordici di Eerice. F'Catalgirone, il-belt li tipproduci ceramika, il-presepji huma mahduma bit-tafal imhaddal fil-form, terracotta. Dawn jippresentaw xeni tal-hajja tar-rghajja u tal-bdiewa u ghaldaqstant il-figuri li jzejnu l-presepju huma persunaggi kampanjoli, bhalma huma r-rghajja, id-daqqaqa, bejjiegh ta' l-irkotta jew il-kaccatur.

 L-aqwa presepji tat-terracotta huma dawk bejn it-tmiem ta' l-1700 u l-bidu ta' l-1800. Jeccellaw kienu l-artisti Giuseppe u Giacomo Bongiovanni flimkien man-neputi Giuseppe Vaccaro. Artisit ohra bhal Branciforti u Margioglio ikkontribew biex jaghmlu minn Caltagirone Belt tal-Prespju. Fil-bidu ta' l-1600 fit-territorju siciljan kien komuni l-uzu tal-kartapesta u l-presepju kien mahduma b'dan il-mod. Il-figurini kienu mahduma bl-istess mod. Fost dawk li kienu jahdmu l-presepji hemm imghallmin maghrufa bhala Salvatore Matera, il-Nolfo, Ciotta, Pisciotta u Tipa.

 

EZEMPJI TA' PRESEPJI SICILJANI                  

Make a free website with Yola