christmaspage

 

 

L-ISTORJA TAL-PRESEPJU

 "Bla tlaqliq illum nistqarru

li l-presepju fil-Milied

 tmur fejn tmur sejjer issibu

 sew fl-irhula kemm fl-ibliet. "...

 

"u Marija tat id-dawl lil l-ewwel iben taghha u fisqietu fil-hrieqi u midditu f'maxtura ghaliex ma kienx hemm post ghalihom fil-lukanda."

 Fuq dak li jghidilna l-evangelista San Luqa f'kap 2 vers 7 Gesu' twieled gewwa stalla jew fi kliem iehor twieled f'post destinat biex jilqa' fih l-annimali. Mill-kelma latina cripia li tfisser maxtura gejjin il-kelmiet l-ohra "crechè", "crib", "krippe", "krubba", kliem li bil-lingwi rispettivi tal-franciz, ingliz, tedesk, u svediz kollha jfissru Presepju. Bl-istess mod fil-Polonja nitkellmu minn Presepju bhala "szopka" u bir-russu "wertep", termini li ghandhom it-tifsira ta' maxtura. Gesu' twieled gewwa ghar ta' l-annimali. Sa mill-eqdem zminijiet tal-kristjanezmu l-ewlenin insara kellhom devozzjoni kbira lejn dan il-lok ta' Betlehem fejn twieled Gesu'. Kienet Elena, omm l-imperatur Kostantinu l-Kbir li bniet knisja f'dan il-lok biex tfakkar it-twelid tar-Redentur. Din id-devozzjoni betlemita kellha impatt kbir fuq l-insara ta' Ruma tant li ir-rumani bnew basilka kbira dedikata lill-Madonna, dik li l-lum nafuha bhala Santa Maria Maggiore li originarjament kienet imsejha "Santa Maria tal-Presepju" minhabba kappella mibnija minn zmien qabel mill-Papa Sistu III fis-sena 435 li fiha kienet imharsa bicca mill-maxtura fejn Marija poggiet lil Binha Gesu' wara li twieled u fisqitu fil-hrieqi.

 L-eqdem presepju gewwa Ruma huwa dak go Santa Marija Maggiore li ghandu zmien sa mit-13 il-seklu. L-istatwi tieghu kienu skolpiti fis-sena 1289 minn Arnolfo di Cambio. Wara kwazi zewg sekli, fi zmien il-Papa Teodoro I, dik il-kappella kienet deskritta bhala oratorju distint mill-knisja. Kienet meqjusa bhala santwarju zghir fejn kienu mharsa il-relikwiji ta' Betlehem. Maz-zmien gew mibnija knejjes ohra msejha "Praesepe Sanctae Marija", wahda hdejn il-Basilka ta' San Pietru, ohra f'Santa Marija in Trastevere. Wiehed jissoponi li knejjes zghar li kienu jzommu fihom relikwiji ta' Betlem ghall-venerazzjoni ta' l-insara kienu jsejhulhom "presepji". Il-presepju kif mahsub hames jew sitt sekli wara minn San Frangisk d'Assisi kien haga ohra u kien ifisser rappresentazzjoni sagra jew rikostruzzjoni ambjentali tar-rakkont kif imsemmi fil-Vangelu. Fil-lingwa liturgika il-kelma presepju ma tezistix imma minflokha nuzaw il-kelma "nativita'" jew "twelid" li jfisser tifkira ta' din il-grajja ta' meta Kristu deher fostna l-bnedmin. Sa mill-ewwel zminijiet tal-kristjanita', it-twelid ta' Kristu kien wahda mix-xeni l-aktar komuni fix-xoghlijiet ta' l-arti nisranija. Sarkofagi li ghandhom zmien mill-era rumana misjuba fil-katakombi juru t-twelid ta' Kristu u z-zjara tal-Magi. Fiz-zmien medjovali muzajk u ikoni tal-Vergni izzomm lit-Tarbija Mqaddsa kienu komuni.

 Aktar tard matul ir-Rinaxximent, l-affreski saru l-medium preferut tal-pittura biex aktar tard il-pittura bidet issir fuq it-tila fil-periodu barokk. L-arti ghall-presepji kompliet tikber tant li bosta artisti wrew hilithom meta hadmu presepji monumentali fl-injam jew irham li huma konservati f'bosta knejjes gewwa l-Italja. Kienet l-idea ta' San Frangisk minn Assisi li jaghmel mill-avveniment tat-twelid ta' Kristu rapprezentazzjoni kulturali biex juri b'mod haj il-verita' evangelika. Huwa certament ried jistimola is-sentiment ta' devozzjoni u l-fantasija popolari fuq il-misteru tal-Milied. U b'dan l-Ispirtu huwa johloq il-famuz presepju ta' Greccio. Waqt vjagg fit-Terra Santa huwa hassu kommos quddiem id-dehra tal-post fejn twieled Kristu, is-salvatur tal-bniedem. Meta irritorna fl-eremitagg ta' La Verna, fl-ewwel jiem ta' Dicembru tas-sena 1223 huwa sejjah minn Greccio l-habib tieghu Giovanni dei Veliti u fdalu l-inkarigu biex jiehu jattawa l-idea tieghu. U gewwa ghar mixghul bid-dwal tax-xema, irnexxilu johloq ix-xena ta' meta l-Iben t'Alla sar bniedem. In-nies tar-rahal u l-fratelli baqghu mistghagba b'dak li raw quddiem ghajnejhom u hassew gewwa qalbhom fil-ghar ta' Greccio. Gewwa l-ghar huwa qieghed maxtura bit-tiben u ha mieghu baqra u hmara. Dik is-sena n-nies u l-fratelli ta' l-ordni tieghu li kienu jghixu madwar l-gholjiet fl-eremitagg gewwa Greccio hassew il-veru ferh li jgib mieghu l-Milied u resqu aktar qrib lejn Alla.

 U kien bis-sahha ta' dan il-fqir ta' Assisi li l-presepju xtered mhux biss gewwa l-Italja izda fl-Ewropa kollha. Maz-zminijiet kull poplu addatta l-presepju ghall-kultura tieghu, izda hi x'inhi l-presentazzjoni tal-presepju, kollha jispiraw l-istess messagg: il-misteru tat-twelid ta' l-Iben t'Alla. Grotti u xeni tan-nativita' maghrufa bhala presepji jkunu ghall-wiri kwazi f'kull knisja ta' l-Italja, pjazzez, hwienet u bini pubbliku matul iz-zmien tal-Milied. L-Italja hija meqjusa bhala l-benniena tal-presepju tal-Milied. Fil-Portugall kien Alessandro Giusti minn Mantova li waqqaf skola ta' l-arti gewwa Mafra li minn hargu l-aqwa mghallmin tal-presepju portugizi, maghrufa ukoll bhala "barristas". Is-socjeta' taljana fiz-zminijiet tal-1800 ghamlu mill-presepju oggett domestiku ta' devozzjoni. Kwazi f'kull familja f'xi rokna tad-dar kienu joholqu xena ta-twelid ta' Kristu. Il-pasturi u l-personaggi kienu jixtruhom mill-bazar tal-Milied.

Quddiem il-presepju armat il-familja kienet tingabar u tkanta ghanjiet tal-Milied u hekk trawmet din it-tradizzjoni antika fl-Italija u anke gewwa l-Awstria. Il-presepju naplitan kien renomat hafna ghas-sbuhija u vicacita' tieghu, izda kien biss opra li setghu jakkwistaw il-familji rikki. Fis-sena 1925 Padre Patrick Horn waqqaf l-assocjazzjoni gewwa Seattle ta' "L-American Christmas Club " bl-iskop internazzjonali li tkun ippreservata u mxerreda t-tradizzjoni tal-presepju. Gewwa l-Argentina u l-Brazil. il-migja tal-patrijiet gizwiti kien il-bidu li jintroducu t-tradizzjoni tal-presepju. Fil-Messiku fejn fil-Milied ikun hemm hafna shana, ilestu l-presepju taghhom gewwa xi gnien fid-dar u jfakkru l-vjagg ta' Guzeppi u Marija minn Nazaret ghal Betlem, tifkira maghrufa bhala "La Posada".

 

IL-PRESEPJU NAPLITAN    

          

IL-PRESEPJU SICILJAN      

 

IL-PRESEPJU POLLAKK       

IL-PRESEPJU TALJAN           

IL-PRESEPJU MALTI   

esebizzjoni presepji 2011         

 

 

Make a free website with Yola