christmaspage

 

 

Nirringrazzjaw lil Alla li hafna djar Maltin ghadhom jesponu l-presepju gewwa djarhom fil-jiem tal-Milied. San Frangisk ghamel pass tassew ghaqli meta ntroduca l-presepju u dan ghamlu mhux biex tkun xena ammirata fil-grotta ta’ Greccio jew  ta’ tizjin gewwa id-dar, izda biex iressaqna aktar vicin lejn il-misteru tat-twelid tas-Sinjur taghna Gesu’ Kristu.

 Il-presepju jew grotta ghandu hames protagonisti principali li huma it-tarbija Gesu’, Ommu Marija, il-Missier puttativ tieghu Guzeppi, ir-rghajja u l-hmara. Kull wiehed minn dawn il-protagonisti jkellimna biex naghmlu pass eqreb lejn Gesu’, l-Imghallem wiehed taghna bnedmin.

Meta titfa’ harstek fuq it-tarbija Gesu’ ifhem li inti ghandek tkun Gesu’ iehor jew ohra. Gesu’ tarbija mill-maxtura jistiednek biex timxi warajh billi thares it-taghlim li hemm fil-vangelu, u thalli lill-knisja tmexxik hi lejn il-premju etern. Ma jistax jimxi wara Kristu minn mit-taghlim tieghu jaghzel dak li jghogbu u jhalli barra dak li jdejqu. Biex issalva ruhek trid tapplika t-taghlim kollu. Biex timxi wara Kristu trid tghaddi minn “ghajn ta’ labra” jigifieri mit-tbatija u dak kollu li kontra qalbek jew il-volonta’ tieghek. Kristu ma wieghedx kumdita fid-dinja izda penitenza, tbatija u salib. Dak hu l-programm tieghu. Ma dahaq u jidhaq b’hadd. “Min irid jimxi warajja jichad lilu niffsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja.” – GESU’ KRISTU. Is-salib qed inizzlek? Erfghu ma’ Kristu u jihfief ghax mhux wiehed ikun qed jerfghu, izda tnejn, inti u Kristu.

 Hares lejn Marija, Ommu, u habrek biex tkun Marija iehor jew ohra. Marija tat lil Binha Gesu’ lid-dinja biex ikun it-triq, id-dawl, l-verita’ u l-hajja. Bhal Marija dak li nghix irid jixhed li jiena ta’ Kristu man-nies ta’ madwari, mhux ghall-glorja tieghi, izda ghat-tifhir ta’ Alla wahdu. Xerred il-kelma t’Alla b’kull mezz u sahhahha bl-ezempju tajjeb. Meta jarawk nisrani awtentiku, in-nies jithajru jersqu lejn Gesu’ billi l-kelma tqanqal, izda l-ezempju jkaxkar. Meta Kristu ta l-mandat lil-appostli biex imorru jghallmu d-dinja kollha, tah lili u lilek ukoll. Ilkoll irridu naghmlu l-parti taghna biex il-knisja ta’ Kristu tikber u tixtered.

 Kull wiehed u wahda minna ghandu jkun Guzeppi iehor jew ohra. Xoghol Guzeppi kien li jiehu hsieb il-familja u jindukraha mill-periklu. Ahna rridu nindukraw il-fidi taghna li kontra taghha d-dinja tant tahdem biex teqridha. Ghax bniedem minghajr fidi qisu bniedem bla ruh. Fiz-zminijietna l-fidi ghandha hafna perikli; minnhom irridu nindukraw ruhhna minnhom.

Ir-rghajja kienu l-ewwel nies li laqghu l-istedina li Alla ghamillhom. F’dawk iz-zminijiet ir-rghaj kien bniedem umli u mwarrab mis-socjeta’. U kien ghalhekk li Alla stieden lil dawn in-nies biex izuruh fil-grotta ta’ Betlem ghaliex in-nies umli huma ghal qalb Alla. Alla jgholli lil umli u jkecci lis-suppervi. Hekk stqarret Marija fil-ghanja taghha il-Manifikat, meta marret ghand Elizabetta. Inhabirku hafna biex inkunu umli ghax il-grazzja t’Alla issaqqi lir-ruh umli. Umli huma dawk li lesti li jwarrbu r-rieda taghhom biex jaqdu dik ta’ Alla.

Il-hmar huwa anninal docli, jaqla’ fuq rasu u ma jirritaljax, dejjem ubbidjenti ghal kmand ta’ sidu. Ezempju ghalina biex inkunu docli mal-proxxmu taghna, nahfru lil min ikun hati ghalina bhalma irridu li Missierna tas-smewwiet jahfrilna. U tant hafrilna li baghat lil Ibnu stess fid-dinja biex isalvana mit-telfien.

U ma irridx ninsa dettal fil-presepju li jirrakontah San Luqa: [2:7] u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f'maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda. Il-maxtura kienet kaxxa minn fejn l-annimali kienu jieklu. Alla li d-dinja kollha ma tesghux, imma wesghitu daqsxejn ta’ maxtura, jaghmel t-tieni tabernaklu f’daqsxejn ta’ maxtura. L-ewwel tabernaklu tieghu kien il-hdan purissmu ta’ Ommu Marija Ssma li zammitu ghal disa’ xhur shah sa ma wellditu gewwa il-grotta f’Betlem. It-tielet tabernaklu huwa ahna meta Gesu’ jigi jghammar ghandna fl-Ewkaristija, bil-Gisem, bid-Demm, bir-Ruh u bid-Divinita’.

Iva jghix maghna biex iqawwijna fil-glied li ahna ghandna mad-dlamijiet ta’ l-infern.

Iva jghix maghna biex jurina t-triq li twassalna ghand il-Missier.

Iva jghix maghna ghax bih ma nitfixklu qatt billi huwa l-Verita’.

Iva jghix maghna biexjaghtina n-nifs tal-grazzja tieghu ghax hu l-Hajja .

 

 

click to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own textclick to generate your own text

Make a free website with Yola