christmaspage

 

 

Wasal....... u qeghidn fl-Avvent. U tista' tghid la wasal l-Avvent ninsabu fil-jiem tal-Milied. Ghax il-Milied ta' zminijietna ma hux dak tal-25 ta' Dicembru, imma jibda’ xahar qabel. Kemm nahsbu matul dan ix-xahar biex il-festa tal-Milied nippreparaw ghaliha sew u ngawduha kif jixraq. Il-mara qabdet lapes u karta u bdiet tnizzel......armajt id-dawl fid-dar? Il-kartolini bghatthom? Ir-rigali xtrajthom u xtrajt ghal kulhadd? Hemm bzonn li nixtru xi libsa ghall-party tal-Milied biex inkunu bhal haddiehor? Ippjanajtha l-ikla tal-Milied? Xi hadd mill-familja ghandu zonn xi qata xaghar, jew par zarbun? Ghandek kollox ippjanat kif tixtieq?


Li tieqaf ftit minn dan il-genn ta' xiri biex tghaddi esperjenza ta' l-Avvent u l-istagun tal-Milied, jehtieg li wiehed ikollu rieda qawwija biex ma jhallix lilu nnifsu jingarr mir-riklami tal-bejjiegha.  Is-Sagru tal-Milied hemm qieghed, imma jehtieg li nghollu ix-xfar ta' ghajnejna 'l fuq biex naraw l-istilla vera tal-Milied.


Ilkoll nafu li l-Avvent huwa periodu ta' erba'  gimghat preparazzjoni fejn hu mistenni minna li nifhmu aktar dan id-don kbir: id-don ta' Gesu' li Alla baghat fid-dinja sabiex min jemmen fih ma jintilifx izda jkollu l-hajja ta' dejjem. Minkejja li nafu dan kollu, it-tradizzjonijiet ta' l-istagun jisfokaw lil qlubna.  Minghajr attenzjoni u ghassa ninsew il-vera tifsira ta' l-Inkarnazzjoni tal-Mulej Gesu'. Kristu hu maghna. Huwa prezenti; Huwa hawn. Nistghu mmissuh. Gesu' sar bniedem reali bhalna l-bnedmin hekk li kieku konna nghixu fi zmienu konna nistghu nersqu lejn Ommu Marija u nitolbuha biex nerfghuh u nbusuh u ngharfu li kien iz-zmien li nifirhu flimkien mas-sema ghall-migja tieghu fostna.


Kif ser inrazznu l-giri sfrenat ta' dawn iz-zminjiet sabiex inkunu nistghu nippreparaw djarna u nilqghu s-Sagra Familja?


1. Ipprokura li f'post prominenti fid-dar fejn titgawda minn kull membru tal-familja, GIRLANDA TA' L-AVVENT.  Ixghelha waqt kull ikla li taghmel flimkien mal-familja.  Inghaqdu flimkien ghat-talb l-aktar tar-Ruzarju biex din l-esperjenza tikkalmana.

2. Imxi flimkien ma' Marija u Guzeppi.  Huma l-atturi siekta tal-Milied.  Huma jissottomettu hajjithom u r-rieda taghhom ghar-rieda ta' Alla minkejja li jghidulhom li ma hemmx lok ghalihom fil-lukanda. Ma jithawdux quddiem din ic-cirkustanza, izda jafdaw f'Dak li ried minnhom din il-haga. Offri dak kollu li hu kontra qalbek u l-pjanijiet tieghek bhala talba biex taghmel ir-rieda ta' Alla.  Li toffri t-tahbit ta' kull jum ma hiex xi haga hafifa, imma serrah mohhok li din hija haga qaddisa.

3. Itlob, itlob u itlob u isma' dejjem xi jrid Alla minnek.

4. Zejjen b'dak li joffri messagg. Ghaliex inzejnu hafna bl-ahmar? Bhala sinjal tas-sagrificcju ta' Kristu li xerred demmu kollu. Ghaliex nuzaw il-kulur tad-deheb? Ghaliex Kristu kien re.  Ghaliex inzejnu bid-dwal? Ghaliex Kristu hu d-Dawl tad-dinja. Il-Milied ma ghandux ifakkarna fuq ic-cerva, izda fuq Dak li jirrenja. Familja zejnet rokna fil-kamra ta' l-ikel bi presepju u fil-boghod poggiet tlett slaten Magi u r-rghajja. Kuljum it-tfal kienu jressqu pass id-diversi pasturi, hekk li meta jasal lejlet il-Milied kollha jsibu posthom hdejn il-maxtura.  Ix-xbiha ta' Kristu tarbija titqieghed fil-maxtura wara il-quddiesa ta' lejliet il-Milied. Ghalhekk l-ghar jibda' vojt u gheri u hekk kif l-istagun tal-Milied jipprogressa, l-ghar jibda' jiehu l-hajja ftit ftit. U hekk il-familja tikber fl-interess matul iz-zmien ta' l-Avvent  li jilhaqh il-quccata tieghu hekk kif jasal jum il-Milied.

 5. Ippjana mal-familja.  Sib hin biex tqattu mal-membri tal-familja tieghek.  Involvi lil kull membru biex jaghti sehem fil-preparazzjonijiet tal-festa. Tiskanta li meta taghmel hekk kemm kulhadd jaghti sehemu bil-qalb .

6. Ippratika l-generosita' tas-slaten magi u s-semplicita tar-rghajja. Ara kif tista' tghin lil min hu fi-bzonn u ghallem lil uliedek biex jaghmlu l-istess. Ir-rghajja marru jaduraw lil Gesu'.  Morru bhala familja u ppartecipaw fil-quddies u sagramenti matul l-Avvent.  B'hekk inkunu qed nersqu lejn Gesu'.  Kun il-mutur biex bil-hidma tieghek sew ta' talb jew appostolat iehor tressaq erwieh lejn Kristu tarbija Salvatur.

 



Make a free website with Yola