christmaspage

 

 IL-PRIEDKA TAL-MILIED

 

Glorja ‘l Alla fil-oghla tas-smewwiet

Hekk kantaw l-angli fil-lejl mimli skiet

fil-lejl li kien juri li kollox mistrieh

Twieled ghall-bniedem ir-Re tal-Holqien.

 

Ghal dan ahna lkoll hawnhekk migburin

Biex nuru ma’ l-angli kemm ahna mkabbrin

Mhux ghax  minn taghna dan il-ftahir

Imma ghax maghna ghad hawn  il-Bambin.

 

‘Il fuq minn zewg sekli ghaddew minn dal-fatt

Fejn Alla lil bniedem ried juri l-patt,

Il-patt li lill-bniedem il-Hallieq ma jwarrabx

U jibqa’ jzuru f’kull post u f’kull waqt.

 

Din hija festa ghalina u ghall-kbar,

Ghall-foqra u l-ghonja u anki ghaz-zghar

Basta li naghrfu li nidhlu fil-ghar

Biex hemm ahna nitghallmu nhobbu l-gar.

 

Din hija l-festa tal-kbir San Frangisk

Ghax darba ried jara lil Gesu’ Bambin

Kien riesaq gmielu z-zmien tal-Milied

U beda jhejji ma’ xi nies twajbin.

 

Gwanni, il-ghani, kien fost dawn il-hbieb,

Alla pprovdielu u hu ma kienx xhih

Kull darba li Frangisku jitolbu pjacir

Arah kif se jghinnu ghax kien jemmen fih.

 

Frangisku ghalhekk talbu biex jiehu hsieb

Isiblu post tajjeb ghall-lejl tal-Milied

hemmhekk hu jkun jista’ jimmagina  ftit

Dak li kien ghadda Gesu’ f’dak iz-zmien.

 

Kollox lestielu dan il-habib

Sablu ghar fqajjar imwarrab xi ftit

Imdawwar bl-ghelieqi u bil-widien

Kien qed jithejja l-presepju ewlien.

 

Ftiehem mar-rghajja biex jigu flimkien

U maghhom igibu l-imwarrab u l-fqir

U hekk huma lkoll flimkien ma’ Frangisk

Ifakkru dil-grajja ta’ imhabba bla qies.

 

Il-post kien lest ghal dak in-nhar

Maghhom kien hemm, il-baqra u l-hmar

In-naghag u hdejhom il-haruf mimdud

Tigieg u flieles u anki s-serduk

 

Dan il-hsieb f’mohhu Frangisku kien car

Li nergghu mmorru bil-hsieb f’dak in-nhar

Inwarrbu minn mohhna l-hafna duhhan

Li taf toffrilna l-hajja bla rahan.

 

Dak li qed jigri lilna wkoll illum

Qed nahsbu f’elf  haga anki f’dal-jum

Mohhna x’se nilbsu u x’se nakkwistaw

U nwarrbu minn qalbna l-isbah rigal.

 

Ejjew issa nkomplu flimkien ma’ Frangisk

il-grajja ta’ Greccio ghax hemm hu l-imkien

Fejn dan il-fqajjar mill-hafna tlellix

Sab ir-rigal veru ta’ Gesu’ Bambin.

 

Il-habib Gwanni haseb ukoll

Biex isib mara taghmilha ta’ l-Omm

Ghax ghal Frangisku ma jistax ikun,

Marija fil-presepju mehtiega dazgur.

 

U ma nesiex  lill-mastrudaxxa

Ukoll lill-Hallieq b’imgibtu kien paxxa,

Ghalhekk b’Guzeppi b’harstu hanina

Poggieh hdejn Marija biex lil Ibnu jurina.

 

Gewwa l-maxtura f’nofs il-ghar sewwa

bambin zghir ghamlu mimli bil-hlewwa

dan kompla ghen biex il-migemgha

terfa’ ghajnejha hemm lejn is-sema.

 

Il-lejl mistenni kien qorob gmielu

Greccio kien qisu bhal Betlehem iehor

Kien jonqos biss li s-Sinjur tat-tjieba

Jiftah ghal fuqhom tal-genna l-bieba.

 

Ma ninsewx insemmu ‘l hut Frangisku

Libsin it-tonka u hafjin bhal Kristu

Dawn kienu hemm kollha migbura

F’id wahda kellhom fanali mixghula.

 

Wasal il-hin li tibda l-funzjoni

Il-kant u l-qari u l-purcissjoni

Bhal din tal-lum li b’attenzjoni

Kull wiehed minna b’dil-grazzja moghni.

 

F’nofs ta’ lejl kiesah u bi ftit dawl

Bdiet il-quddiesa fost ferh u kant

Frangisku d-djaknu mimli umilta

Kanta l-Vangelu b’ferh kbir mill-qalb.

 

Kien imiss lilu, wkoll dak in-nhar

Li jaghmel hsieb xieraq, minn go dak il-ghar

Hu tkellem hafna fuq l-Ghani tal-Hniena

Li tana lil Ibnu, u hekk huwa fdiena.

 

Meta kien ilissen l-isem ta’ Gesu’,

Qalbu mimlija bil-ferh kienet tkun,

U dawk kollha li kien hemm biex jarawh

Rawh lil Frangisk jiggosta dan il-fatt.

 

In-nies hemm prezenti lkoll xhieda jaghtu

Li lill-Bambin haj, il-gemgha dlonk ratu

Jjitbissem u jhares ‘il fuq lejn minn baghtu

Fil-hdan ta’ Frangisku, dan ahna ghadna nafu.

 

Frangisk sar maghruf sewwa minhabba dan il-fatt

Sa anki hawn f’Malta minsi m’hu qatt

l-aktar mitt-tliet beati li habbewh f’din l-art

U int Gesu Bambin lil dawn hbiebna kabbart.

 

Il-Beatu Nazju l-kjerku, kien terzjarju Frangiskan

Dan ukoll habb din il-festa, li tant ghamiltu ferhan

Kien spiss jitlob u jfahhar lil Alla kbir Setghan

Ghax ghogbu fi tjubitu, lil Ibnu jibghat hawn.

 

Il-ferh dal-Beatu kien jaqsmu mal-Maltin

ukoll kien jlaqqa’ lil Kristu, ma’ hbiebu l-bahrin.

Ir-ruzarju ghenu hafna, biex jghix dejjem il-Milied,

Din it-talba huwa qalha, ma’ kulhadd u kullimkien.

 

Hemm imbaghad Adeodata, ta’ San Pietru l-monasteru

Li fis-skiet u s-solitudni, qaghdet tahseb fuq dal-misteru,

Tul iz-zmien ta’ hamsin sena, Betlehem kienet dejjem f’qalbha

Ghax minn hemm hija tghidilna, Gesu’ dejjem jismaghha.

 

Kotran kien ix-xoghol, li wettqet din il-beata

sagristana u infermiera, u anki  purtinara,

hajjitha hija qasmitha fil-hidma u t-talb

imhegga mill-ferh u s-sahha, li l-Bambin jaghti fil-qalb.

 

Il-Beatu Dun Gorg Preca, ghen hafna f’din il-festa

Dik l-ghaziza purcissjoni, bil-bambin huwa kien lesta

bid-dawl tal-fanali, mar-rahal kollu jduru

is-socji u l-prefetti fuq wicchom il-ferh juru.

 

Il-Beatu Dun Gorg Preca, kellu ghal qalbu l-Bambin

U ghalhekk huwa rsista, biex irawwem tfal tajbin

Kemm jghallmuna u jwissuna, tal-muzew nisa u rgiel

Harsithom dejjem huma jitfghu, fit-tarbija kollha gmiel.

 

Frangisku  Nazju u Gorgi,  llum ilkoll fakkarna

U maghhom Adeodata, ahna  nistednuhom f’darna.

Dawna kollha  jghidulna, biex inhobbu lil Bambin

Mhux illum jew ghada, imma tul kemm nghixu snin

 

Issa ahna lkoll f’din il-Knisja lkoll migburin

gejna biex inkomplu dak li ghexu dawn il-hbieb

jalla li bhalhom ahna, b’Gesu’ inkunu ferhanin

u meta nohorgu minn hawn inkunu Nsara mheggin.

 

L-Imhabba mhix mahbuba kien jghid spiss Frangisk

Kif kien jara l-Insara hekk tant mitluqin

Ghax hafna kienu dawk li jmorru ghall-quddies

Imma dawn kienu dejjem mal-Bambin bil-qies.

 

Ejjew ahna ilkoll nies twajba tal-Bambin

Induru lejn Alla li jghin dejjem lit-tajbin

Nitolbuh li lilna lkoll f’dan il-lejl Qaddis

Jaghmilna lkoll tieghu sajjieda tan-nies.

 

Jalla bl-imhabba taghna ahna nkunu ta’ xhieda

U dejjem ta’ Gesu’ bambin ahna naghmlu r-rieda

Biex hekk bhala poplu lkoll migburin

Inkunu nistghu nghajtu: “Viva Gesu’ Bambin!”

 

Patri William Bartolo OFMConv.

Valletta - Settembru 2003

Milied 2003

Prietka tal-Milied Frangiskana

f'ghamla ta' Poezija

 

 

Make a free website with Yola