christmaspage

 

 ZMIEN TA' GHAQDA

 

(Roberta Farrugia)


Il-Milied żmien t'armonija

żmien ta' ferħ u allegrija

żmien li nfakkru t-twelid

ta' Ġesu', ħelwa tarbija.


Dan hu żmien li għandu jgħinna

naħsbu ftit iktar f'xulxin

sabiex b'hekk ilkoll kemm aħna

nkunu aktar ferħanin.


Għandna naħsbu b'mod speċjali

f'dawk li huma mwarrbin

f'dawk l-anzjani f'dar weħidhom

minn qrabathom minsijin.


Nistgħu nagħmlu daqxejn sforz

biex insibu iktar ħin

ħalli ngħinu fil-familja

u dawk li bihom imdawrin.


Mel' ejja nħallu l-ferħ ta' Kristu

jimla l-qalb tagħna ċ-ċkejknin

ħalli b'hekk nistgħu nferrħu 

lill-oħrajn f'kwalunkwe ħin.



 

Make a free website with Yola