christmaspage

 

 

 Ma hawn hadd fid-dinja li meta jkun qorob ix-xahar ta' Dicembru ma jindunax li waslu l-festi tal-Milied.  Anke li kieku wiehed kellu jippretendi li ma jindunax, ma jasalx ghal dan.  Id-dwal fit-toroq, il-girja ghax-xiri tar-rigali, is-sigar bi dwal zghar iteptu wara il-hgieg tat-twieqi, il-Bambini u l-Presepji, etc, etc, kollha jindikaw li fil-pajjiz ikun qed jigri xi haga li ma tkun ta' kuljum.

Kull pajjiz madwar id-dinja ghandu l-modi tieghu differenti ta' kif jiccelebra il-Milied.  Kull wiehed ghandu l-ikel tradizzjonali tieghu, l-uzanzi u l-mod ta' kif in-nies jaghtu r-rigali, sahansitra ghandu ismijiet differenti ghal Father Christmas jew Santa Claus. Huma dawn it-tradizzjonijiet li jaghmlu distinzjoni ta' pajjiz minn iehor.

Ghalkemm mhux it-tradizzjonijiet kollha jtellfu is-sens tal-Milied, dawk religjuzi jaghti sens profond lil din it-tifkira tat-twelid tal-Mulej. X'hemm aqwa minn dik il-processjoni bil-Bambin mit-tfal tas-Socjeta tad-Duttrina jew mill-priedka tat-tifel ta' nofs il-lejl? Iqieghdulek quddiem ghajnejk li l-veru sens tal-Milied li bih ghandek tifrah bit-tifkira tal-Migja ta' Kristu fost il-bnedmin.

Ara kif il-bosta kulturi ta' diversi pajjizi jiccelebraw dawn il-festi.

Make a free website with Yola