christmaspage

 

 

EKWADOR

 

Fil-jum tal-Milied isiru purcissjonijiet kollha kuluri hekk kif in-nies li jghixu fil-muntanji jilbsu l-ahjar ilbies u jinzlu rekbin fuq il- llama (tip ta’ gemel tan-naha t’isfel ta’ l-Amerka) lejn ir-ranc li fihom jahdmu biex jiltaqghu mas-sidien li jhaddmuhom.

Ir-ranc jkollha presepju armat u l-mistednin joffru rigali ta’ frott u hsad li jqghiedu quddiem ix-xbiha tat- tarbija Gesu’. Hafna drabi tfal jaghmlu diskors imqanqal lit-tarbija Gesu’ fejn jitolbuh barkiet ghall-familji taghhom u ghal-annimali.


Festa kbira ta’ ikel tinzamm fil-miftuh( ma ninsewx li dan iz-zmien tal-Milied jigi fis-sajf gewwa l-Ekwador). Il-kant u z-zfin ma jonqsusx. Is-sidien tar-ranc iqassmu rigali tal-Milied lil impjegati taghhom kollha u lill- membri tal-familji taghhom. L-ikla generalment tkun tikkonsisti f’haruf mixwi, patata il-forn u hobz ismar. Fl-ibliet wiehed aktar isib id-dundjan milli ikel iehor.
Ghal ohrajn iktar jimpurthom minn laqghat flimkien ta’ talb, innijiet tal-Milied, qari ta’ poeziji akkumpanjati mill-incens, filwaqt li xarba ta’ tazza cikklulata shuna ma’ gallettini hija l-ordni tal-gurnata. Ghalkemm forsi wiehed jista’ jahseb li din hija haga assurda f’nofs is-sajf, irid ukoll izomm f’mohhu li din hija t-tradizzjoni taghhom.


Lejliet il-Milied meta t-tfal ikunu reqdin il-genituri taghhom ipoggulhom r-rigali hdejn soddithom. Il-quddiesa ta’ nofs il-lejl tattira numru kbir ta’ fidili.


Tradizzjoni nteressanti hafna hija li wara l-festi tal-Milied, jigifieri bejn l-ghada tal-Milied u lejliet l-ewwel tas-sena, l-Ekwadorjani jaghmlu pupi jew xbihat, fuq persuni li huma antipatici ghalihom, jew persuni famujzi kemm lokali kif ukoll nazzjonali, jimlewhom bit-tiben u loghob tan-nar biex jinharqu fil-lejl ta’ qabel l-ewwel tas-sena.

Make a free website with Yola