christmaspage

 

 

IL-GHANA

 

 

 

Il-poplu tal-Ghana jiccelebra l-festa tal-Milied mill-20 ta’ Dicembru sa l-ewwel gimgha ta’ Jannar b’hafna attivita’ differenti.

Bosta huma n-nies li jivvjaggaw matul dawn iz-zminijiet biex izuru l-familjari taghhom u lil- hbiebhom li jghixu f’partijiet ohra tal-pajjiz. Fil-Ghana tajjeb wiehed ikun jaf li hermm ‘l fuq minn 66 lingwa mitkellma u dawn il-gruppi kollha ghandhom l-uzani u t-tradizzjonijiet taghhom.

Lejlet il-Milied huwa z-zmien li fih jibdew ic-celebrazzjonijiet tat-Twelid ta' Gesu' li fihom id-daqq tat-tnabar u z-zfin huma parti integrali mill-festi. Hafna drabi t-tfal jtellghu d-drama tat-twelid ta’ Kristu. Imbaghad johorgu l-korijiet jkantaw, segwit bi programm ta’ zfin mill-poplu. Il-carols jkunu kantati bil-lingwa li l-poplu jifhem l-aktar u b’hekk ihossu li Alla jinsab qrib taghhom. Xi drabi l-kant u z-zfin jiehdu l-lejl kollu.
Popli ohra fil-Ghana jiccelebraw lejlet il-Milid bil-parties u l-loghob tan-nar. L-attendenza hija numeruza u l-poplu jilbes l-ilbies tradizzjonali kollu kuluri. Bhal fil-kulturi l-ohra, in-nies tmur lejn darha wara s-servizz fil-knisja biex tircievi u taghti rigali.

L-ikel tradizzjonali jinkludi soppa, porridge, laham, rice u fufu.

Ma jonqosx li jsiru festini lit-tfal, bejn l-impjegati u dawk li jhaddmu etc b’xewqat tajba lin-nies tad-dinja kollha.
 

 

IL-FUFU PARTI MILL-IKEL TRADIZZJONALI TAL-GHANA

 

Make a free website with Yola