christmaspage

 

AFRIKA

Il-preparazzjonijiet ghall-festi tal-Milied gewwa l-Kongo jibdew bi thejjijiet ghal-pagent tal-Milied.

Il-Jum tal-Milied huwa kkaratterizat bi gruppi ta' kantanti kollha jkantaw l-innijiet tal-Milied tul it-toroq kollha tal-villagg. L-aktar parti importanti fis-servizz tal-Milied hija l-offerta ta' l-imhabba li l-kongregazzjoni taghmel waqt ic-celebrazzjoni fil-knisja. Huwa rigal ghal-imhabba ta' Gesu'.Ghall-hatba tat-8 jew id-9 kulhadd tarah jmur lejn il-knisja biex hemm jiccelebraw it-twelid ta' Kristu. Dawk kollha li jattendu s-servizz jersqu lejn mejda armata hdejn l-artal u jqieghdu l-offerta taghhom hemm.

Wara is-servizz religjuz, l-ikla tal-Milied tkun qed tistennihom. Barra quddiem djarhom jippreparaw l-imwejjed bl-ikel u li ghalihom jistiednu l-hbieb intimi taghhom.

Il-Milied fl-Afrika t'Isfel huwa vaganza pubblika. Minhabba li t-temp ikun shun b'xemx tizgreg, irresistibbli tkun il-gibda biex wiehed imur igawdi xi ghawma fil-bahar, xmara jew jitla' jgawdi ftit ta' arja friska fuq il-muntanji. F'dawk iz-zminijiet fl-Afrika t'Isfel tkun mizewda b'hafna fjuri kuluriti, kemm kultivati kif ukoll selvaggi.

Fil-bliet u rhula gruppi ta' kantanti jaghmlu d-dawra taghhom bil-kant lejliet il-Milied. Ic-celebrazzjonijiet isiru filghodu. Fic-centri kbar, lejliet il-Milied isiru programmi insejha "Kant fid-dawl tax-Xema" (Carols by Candlelight) . Id-djar ikun mzejna bil-frieghi ta' l-arznu u fl-irkejjen ma tonqosx is-Sigra tal-Milied bir-rigali ghat-tfal. It-tfal ta' l-Afrika t'Isfel jemmnu fil-Christmas Father u jdendlu il-kalzetta tal-Milied biex dan jimlihielhom bir-rigali.

Hafna huma dawk li l-ikla tal-Milied jaghmluha barra, flok taht is-saqaf. L-ikla tikkonsisti f'dik tradizzjonali jigifieri id-dundjan jew laham mixwi, mince pies, pudini, crackers, kpiepel tal-karti etc. Wara nofs in-nhar il-familji jmorru fil-kampanja jilghabu jew jixxemxu biex wara jirritornaw f'darhom ghall-frisk ta' filghaxija. L-ghada, 26 ta' Dicembru, ukoll hija festa pubblika maghrufa bhala il-"Boxing Day" u ghalihom tkun gurnata rilassanti.

Fil-Ghana, hafna knejjes jhejju ghall-migja tal-Milied billi jzejnu il-knejjes taghhom u djarhom sa mill-bidu ta' l-Avvent. Dan l-istagun jahbat fil-hsad tal-"coca" u allura ikun zmien ta' gid. F'dawn il-jiem ta' festi kulhadd ihalli kollox warajh biex din l-attivita' qaddisa tkun ic-centru ta' hidmietu .

F'lejlet il-Milied it-tfal jitilghu u jinzlu fit-toroq jkantaw l-innijiet tal-Milied u jghajjtu " Kristu, gej, Kristu gej, Hu fil-qrib!" Fil-ghaxija il-poplu jattendi ghac-celebrazzjonijiet fil-knejjes li jkunu mzejna bil-haxix u sigar tal-palm bix-xema. Jitkantaw innijiet u jigu ippresentati drammi tan-Nativita'.Fil-jum tal-Milied it-tfal u anzjani, jirrapresentaw l-angli li dehru lir-rghajja barra Betlem, u jmorru minn dar ghal dar jkantaw. Ma jonqsux li xi nies jattendu s-servizz religjuz libsin ilbies tradizzjonali taghhom. Wara jkun hemm ikel tar-ross biz-zalza tal-"yam" li jsejhulu "fufu" flimkien ma' soppa u laham iehor. Il-Familja kollha jieklu flimkien jew ma' xi garr tal-qrib. Jaghtu xi rigali lil xulxin.

Fil-Liberja hafna djar ikollhom is-sigra tal-palm mzejna bil-qniepen flok dik tal-Milied. Fil-ghodwa tal-Milied in-nies iqumu bil-kant tal-carols kantati barra fit-trieq. Jaghtu rigali semplici lil xulxin bhalma huma sapun, helu, lapsijiet u kotba. Fil-knejjes issir ir-recta tat-twelid ta' Gesu' Bambin u kant. L-ikla ta' nofs in-nhar li tkun tikkonsisti f'ross, laham u gallettini, issir barra bil-familja bilqieghda f'forma ta' cirku. Wara nofsinhar kulhadd jilghab xi loghba bi tmiem il-festa jkun il-loghob tan-nar.

Make a free website with Yola