christmaspage

 

ARGENTINA

 

F’xi djar is-sigar tal-Milied jiddekorawhom bit-tajjar biex ikunu simbolu tas-silg li jinzel b’abbundanza fuq in-naha ta’ fuq tad-dinja. Girlandi bojod u homor huma l-aktar hwejjeg komuni biex jikkumplimentaw it-tizjin tal-Milied.

Xi uhud jieklu l-ikla tal-Miled fil-gnien minhabba li t-temp f’dawk iz-zminijiet ikun shun hafna. L-ikla principali tkun hanzir i jew pagun mixwi dekorat bir-rix tieghu stess biex jaghti dik id-dehra sabiha fuq il-mejda. Niños envuettas huwa dixx iehor favorit li jittiekel fi zmien dawn il-festi. Huwa maghmul minn bicciet tal-laham mimlija bl-ikkapuljat imhallat bil-basal imqatta, bajd iebes u spices. Il-laham jaghtuh forma tonda tip tal-bragjoli.

Is-servizzi religjuzi jiehdu il-parti kbira tal-jum tal-Milied. Hija drawwa li xi gruppi jghaddu mit-toroq ikantaw minn dar ghal dar jew mill-familja migbura madwar pjanu. Lejliet is-6 ta’ Jannar, it-ttfal gewwa l-Argentina jqieghdu iz-zraben taghhom taht is-sigra tal-Milied jew hdejn is-sodda. Ihallu it-tiben u ilma barra hdejn il-biex sabiex meta jghaddu it-tlett slaten Magi jqassmulhom ir-rigali fi trieqthom lejn Betlem biex jaraw lil Bambin Gesu’, iz-zwiemel taghhom ikollhom x’jieklu u jixorbu waqt il-vjagg.

Make a free website with Yola