christmaspage

 

AWSTRIJA

Il-Milied huwa minghajr dubju l-aktar jum importanti gewwa l-Awstrija. Fis-6 ta' Dicembru l-festa ta' San Nikola, huwa l- jum fejn jinghataw ir-rigali. Fit-toroq wiehed jista' jilmah lil San Nikola liebes ilbies ta' isqof jqassam helu u tuffieh lit-tfal filwaqt li l-assistant tieghu jsejjah lit-tfal imqarbin biex iduru mieghu halli iduqu d-daqqa helwa u hafifa tax-xettru tad-deheb.

Lejliet il-Milied meta l-belt tkun kollha genn bin-nies jaghmlu l-ahhar xirjiet taghhom, l-irhula ikunu refugju tat-tradizzjonijiet tal-Milied. Il-bdiewa jiktbu bil-gibs fuq l-arkata ta' l-istallel taghhom l-inizjali tat-tlett rejiet li zaru lil Gesu' tarbija. C ghal-Caspar, M ghal Melchior u B ghal Balthazar. Is-sigar tal-Milied jinxteghlu f'dan il-jum u hafna jkunu li jghaddu minn dar ghal dar minkejja il-kesha u s-silg biex ifakkru meta Guzeppi u Marija ippruvaw isibu kenn qabel ma twieled Gesu'.

Mill-quccata ta' l-Alpi mimlija silg familji shah jinzlu mid-djar taghhom fuq il-muntanji fil-wied ta' tahthom bit-torci f'idejhom, mizmuma ‘l fuq biex jaghtu d-dawl lit-toroq mahkuma mid-dlam. Xi uhud jkantaw innijiet u kant tal-Milied fil-pjazzez halli n-nies tattendi ghas-servizzi ta' bil-lejl fil-knejjes. Kull hanut, teatri u swali tal-kuncerti ikunu maghluqa ghax dan hu l-lejl li kulhadd jghaddih mal-familja.

Wara li jkunu attendew is-servizz ta' bil-lejl, il-familji jirritornaw gewwa djarhom biex hemm jaqsmu flimkien ic-cena, hafna drabi bl-ikel tradizzjonali taghhom il-"Gebachener Karpfen" - tip ta' hut moqli, bhala l-platt principali. Id-desserta hafna drabi tkun cikkulata u kejk tal-berquq u gallettini tal-Milied skond ricetta Awstriaka, msejhin "Weihnachtsbaeckerei".

Wara l-ikla, tindaqq qampiena u jinfetah bieb li jkun ilu maghluq ghal xi zmien mill-ghajnejn tat-tfal iz-zghar. Malli jinfetah it-tfal jitpaxxew bis-sigra tal-Milied tixghel u armata b'ornamenti sbieh u jlellxu flimkien ma xi helu. Ma jonqosx li taht is-sigra tintrama x-xena tat-twelid ta' Gesu'. Din hafna draba tkun wirt tal-familja minn generazzjoni ghall-generazzjoni.

Il-Missier jiftah il-Bibbja u jaqra minnha; kulhadd imbaghad ikanta "Lejl ta' Skiet" u "O'Tannenbaum". Fl-ahhar jitqassmu r-rigali.

L-idea ta' Santa Klaws ma tezistix gewwa l-Awstrija. It-tfal jghidulhom li r-rigali jgibhom tfajjel xaghru dehbi u bil-gwienah, "Kristindl", li huwa simbolu ta' Gesu' tarbija. L-istorja tirrakonta kif it-tfajjel Gesu' jinzel mis-sema lejliet il-Milied flimkiem ma' l-angli jarma u jqassam is-sigar.

Make a free website with Yola