christmaspage

 

BETLEM

 

Betlem li tfisser dar tal-hobz tkun imzejjna bi dwal u dekorazzjonijiet ohra biex jaghtu dehra ta' ferh lil din il-belt li fiha twieled il-Messija, il-princep tal-Paci. Hafna huma l-pellegrini li jzuru din il-belt f'dawn il-granet.  La tistenna qatt li ser tara xi Christmas Father jiggerra fit-toroq.

Lejliet il-Milied in-nies tal-lokal u l-pellegrini kollha jifulaw biex jaraw il-processjoni drammatika li ssir kull sena. Diversi rikkieba fuq iz-zwiemel fosthom pulizija fuq zwiemel ta' razza arbija jifthu l-parata. Imbaghad isegwi rikkieb solitarju igorr is-salib. Wara jimxu l-ufficjali tal-knisja u ohrajn governattivi. Il-Processjoni tidhol sollenement fil-knisja u jpoggu xibha antika tat-tfajjel divin. Tarag gholi jiehdok gewwa ghar fejn wiehed isib stilla tal-fidda li timmarka il-post fejn twieled Gesu'. Id-djar ta' l-insara ikunu mmarkati b-salib fuq il-bieb u kull dar ikollha presepju espost ghall-qima tal-membri. Kewba kbira titella' fuq arblu fil-pjazza ta' Betlem.


F'Betlem l-lejliet il-Milied ikun celebrat tlett darbiet:


Il-kattolici u l-Protestanti jiccelebraw lejliet il-Milied fl-24 ta' Dicembru.

Il-knejjes Griegi Ortodossi, il-Kopti u s-Sirjani jiccelebrawh f'data ohra

U l-knisja Armenja tharsu f'jum iehor.


Kultant il-knejjes kollha jiccelebrawh fl-istess jum, fl-istess hin, b'lingwi differenti u f'partijiet differenti tal-Bazilka tan-Nativita'. L-ikla tradizzjonali tal-Milied huwa d-dundjan imsajjar bil-hwawar u mimli bir-ross, laham u gewz. Il-protestanti jduru fit-toroq ikantaw innijiet tal-Milied. Il-kattolici tissawwab fuqhom il-barka permezz ta' l-ilma imbierek u kull membru jixrob ftit minnu. Ghal membri tal-knejjes orotdossi, l-Epifanija hija mportanti hafna. Isir rit specjali fil-knisja fejn salib jitnizzel fl-ilma biex l-ilma jitbierek. Minn dan l-ilma l-fidili ortodossi jiehdu maghhom d-dar u jixorbu tlett darbiet qabel jieklu xi haga.

Make a free website with Yola