christmaspage

 

BOLIVJA

 

 Fil-Bolivja zmien il-Milied huwa zmien qaddis.  Il-presepju wiehed isibu f'hafna djar u anke knejjes, ghalkemm f'dawn ta' l-ahhar ikun ta' daqs kbir  u jintrama' baraa 'l bieb principali. Hawn il-presepju jsejhulhom “nacimientos” jigifieri xeni tan-nativita’. F’xi knejjes flok pasturi ta’ l-injam jew gibs jintuzaw nies u annimali reali u hekk ikun presepju haj.

Mhix uzanza gewwa l-Bolivia li l-estern tad-djar ikun armat u anqas li jmorru jkantaw minn dar ghal dar. Lejliet il-Milied id-daqq tal-qniepen isejjah lin-nies ghall-quddiesa ta’ bil-lej, lil normalment tibda’ f’nofs il-lejl u tispicca kmieni fi sbieh il-jum. U minhabba f’hekk isejhulha Misa del Gallo. Il-familji jingabru biex jieklu flimkien jew wara l-quddiesa jew fil-jum tal-Milied.

 Billi zmien il-Milied jahbat fl-eqqel tas-sajf, l-ikla tkun tikkonsisti f’soppa maghmluha mill-laham tat-tigieg, canga, qamh u hwawar ohra, imsejha PICANA. Wara jkun imiss li jieklu majjal mixwi, u insalata. Il-frott ikun abbundanti fuq il-mejda li ghal okazzjoni tkun armata bi fjuri friski. Jekk il-festin ikun wara l-quddiesa, il-familji jixorbu l-imbid jew xampanja u jieklu gallettini imsejha turron.

 Filghodu hija uzanza li l-ewwel xarba taghhom tkun cikkulata shuna u "buñuelos" li huma speci ta’ ghagina sfuljurata imxarrba bil-ghasel. Uzana mportanti f’dawn iz-zminijiet hija l-“canastón”. Dan huwa basket kbir mimlija oggetti ta’ ikel moghtija lill-haddiem minn min ihaddmu. Inkluz f’dan il-basket ma jonqosx panettone u cider.

Kostum li jolqot lil min dak il-hin ta’ lejliet il-Milied bil-lejl ikun imqajjem jew barra, precizament f’nofs ta’ lejl jinharaq xi nar ta’ l-ajru minn eluf u eluf ta’ familji. Wiehed jista jimmagina kif is-smewwiet fil-lejl tal-Milied ikun imdawwal.

 Lejliet l-ewwel tas-sena il-familji jergghu jingabru flimkiem biex jiccelebraw bidu ta’ sena gdida . Tradizzjoni ftit stambra hija li kull persuna jrid jiekol tnax-il ghemba f’nofs il-lejl. Il-festi jaghlqu bic-celebrazzjoni ta’ l-Epifanija meta t-tfal jircievu r-rigali  minghand il-familji taghhom jew qrabathom. Huwa f’dan il-jum li l-familja tnehhi x-xbiha tat-tarbija Gesu’ mill-maxtura u terfghu ghas-sena ta’ wara.

 

Make a free website with Yola