christmaspage

 BRAZIL

 

Il-Braziljani huma tahlita ta' popli minn bosta nahat tad-dinja u bhala ex-kolonja Portugiza ghandhom bosta tradizzjonijiet tal-Milied li wirtu minn din l-art li kienet tahkimhom. Tradizzjoni popolari hafna hija dik tal-presepju. Dan kien introdott fil-pajjiz fis-seklu 17 gewwa il-belt ta' olinda fl-istat ta' Pernambuco minn patri frangiskan Gaspar de Santo Agostinho.

 Il-lum il-gurnata matul ix-xahar ta' Dicembru tara presepji kull fejn titfa' harstek, gewwa id-djar, fil-knejjes u fil-hwienet. Tradizzjoni ohra komuni hafna fost il-hbieb u l-familji jsejhulha "amigo secreto" li tfisser il-habib sigriet. Fil-bidu ta' Dicembru, il-participanti ta' din il-loghba jiktbu isimhom fuq bicca karta. Kull partecipant jiehu wahda minn dawn il-karti imma ma jisvelax l-isem miktub fuqha. Matul ix-xahar timbidel korrispondenza bejn il-partecipanti li juzaw in-nom de plume jew isem falz.

Fil-Milied il-familja u l-hbieb jingabru flimkien u jirrivelaw l-identita' tal-habib sigriet taghhom u joffrulu rigal specjali. Hija l-ghaxqa tal-poplu tan-naha ta' fuq tal-Brazil li jattendi ghad-dramm imsejjah "Los Pastores" jew ir-Rghajja. Jekk ghal hafna pajjizi l-Christmas Father inewwel ir-rigali lit-tfal ghat-tfal Braziljani huwa Papai Noel jew Father Noel.

 Skond il-leggenda dan jghix gewwa Greenland. Ma hiex xi tradizzjoni antika izda wahda imdahhla ricenti fis-snin '50 u saret popolari minhabba l-kummerc. Dan il-persunagg ma jilbisx hwejjeg tqal li jsahhnu, izda hwejjeg tal-harir minhabba li jkun is-sajf u s-shana turi l-qilla taghha f'dawn iz-zminijiet. Il-Kattolici kienu jattendu ghal-quddiesa ta' nofs il-lejl jew kif isibuha la Missa do Galo.(il-Quddiesa tas-Serduq ghaliex kienet tispicca ghall-habta tas-siegha ta' filghodu fil-Milied)

Din l-uzana kull ma tmur qed tghib minhabba ir-rata ta' kriminalita' fl-ibliet. Barra minn hekk hafna familji jippreferu li jiltaqghu flimkien ghac-cena ta' nofs il-lejl maghrufa bhala "ceia". Il-quddies iccelebrat lejliet il-Milied isir tard wara nofsinhar jew kmieni filghaxija. Id-dekorazzjonijiet jinkludu fjuri friski maqtugha mill-gonna.

F'ibliet principali wiehed jista jilmah sigar kbar tal-Milied kollhom dwal u l-loghob tan-nar jikkumplimenta dhul is-sena l-gdida. Minhabba li l-Brazil huwa mimli immigranti mill-Ewropa, dawn ma naqsux li jiehdu magghom u jippreservaw l-ikliet tradizzjonali taghhom anke dawk ta' dawn iz-zminijiet. Ghalhekk l-ikla taghhom tal-Milied tkun tikkonsisti fid-dundjan, ross kulurit, hxejjex friski u platti ta' frott.

Make a free website with Yola