christmaspage

 

 

BULGARIJA

 

Fil-Bulgarija l-familja kollha hija mhabbta tipprepara ghall-festi lejliet il-Milied. Fl-ahhar jum ta' l-Avvent jieklu ikla bla laham bhala penitenza. Originarjament kien jsumu 40 jum imma issa fi zminijietna dan qsar ghal xi gimghatejn.

Lejliet il-Milied il-familja kollha tingabar mal-medja qabel iroxx id-dlam u il-missier tal-familja jghaddi minn fost il-membri bl-incens u jtenni xi talb biex ibieghed l-ispirti hziena. Malli tispicca din ic-ceremonja kulhadd jintasab mal-medja u jiekol u ma jqumx qabel tispicca. Fuq il-mejda ikun hemm 7,9 jew 11 il-dixx ta' ikel kollha vegetarjan. Normalment jinkludu hobz maghmul fid-dar, torta tal- qara hamra, fazola, weraq tal-kabocci mimlija bir-ross, frott niexef etc. Fil-hobz ikun hemm munita li hija wkoll parti mir-ritwal tal-Milied. Il-membru l-aktar anzjan jiehu tleet bicciet hobz u jqieghdhom ghalihom. Wahda ghal-Bambin, l-ohra ghal-Marija u l-ohra ghal-dawk tad-dar. Imbaghad jaqsam il-hobz u jqassmu lill-dawk ta' madwar il-mejda. Min isib il-munita jfisser li is-sena ta' wara ser jigi r-rizq fuqu. L-ikla tibda billi wiehed jiekol it-tewm biex jawgura lilu niffsu sahha fiz-zmien gdid li jkun gej segwita bil-hobz u l-ghasel, turija li s-sena d-diehla tkun wahda mimlija prosperita' u gid.

Is-sigra tal-Milied tkun dekorata filghaxija bl-ahhar irtokki l-ghada. Xi uhud anke juzaw it-tiben biex izejnuha filwaqt li ohrajn jqieghdu t-tiben that it-tvalja qabel ipoggu l-platti. Dan iffiser dak it-tiben tal-maxtura ta' Betlem li fiha Marija poggiet lil Binha Gesu' meta twieled.

Hija tradizzjonali li xi zaghzagh jmorru jkantaw minn dar ghal dar jaghtu l-awguri. Dawn bi hlas jinghataw ikel u kultant xi flus.

It-tradizzjonijiet ivarjaw minn lok ghal iehor fil-Bulgarija. Xebbiet jiehdu l-ewwel loqma hobz u jpogguha taht l-imhadda bit-tama li jiltaqghu mal-princep taghhom.

Make a free website with Yola