christmaspage

 

 

CILI'

Gewwa c-Cili, il-Milied jigi ccelebrat fi zmien is-sajf meta l-jiem ikunu shan, tista' tghid f'nofs is-sajf meta t-tfal ikunu qed igawdu l-vakanzi. Fost ic-Cileni, Father Christmas huwa maghruf bhala "Viejito Pascuero" jew "Papa Noel". It-tfal jafuh bhala dak il-personagg tal-Milied li jivvjaga bis-slitta u jgib ir-rigali tieghu liz-zghar. Tradizzjonalment Papa Noel jinzel mic-cumnija jew jixxabat ghal mat-twieqi biex jaghti r-rigali tieghu. Il-Milied hu zmien li fih il-familji jiltaqu flimkien u jgawdu l-kumpannija ta' xulxin kif ukoll l-ikel li jsajru.

 L-uzana li wiehed jibghat l-kartolini tal-Milied hija imxerrda mal-pajjiz kollu. F'dan iz-zmien qaddis, jinxtraw hafna rigali biex jinghataw lill-familjari u hbieb . Il-familja cilena tarma is-sigra tal-Milied u dekorazzjonijiet ohra gewwa id-dar taghha. Ma jonqosx li wiehed jara l-presepju f'kull dar biex ifakkru fit-twelid ta' Kristu Gesu'.

 Il-familji jiltaqghu flimkien tard wara nofs in-nhar ta' lejliet il-Milied biex jibdew jiccelebraw dawn il-festi. Cena kbira tkun servuta li fiha wiehed jista jsib ikel tipiku cilejan. Matul il-festi tal-Milied ix-xarba tradizzjonali hijadik maghrufa bhala il-Cola de Mono li hija maghmula mill-kafe, halib, liker, kannella u zokkor. Meta joqrob nofs il-lejl jinfethu r-rigali u kulhadd jifrah b'dak li qala u rcieva.

 Min imur jghum u min jibqa' d-dar mal-familja igawdi l-ikla tal-Milied u jara l-programmi tat-TV. Baqa' it-twemmin fost ic-Cilejani li l-Milied ma hux festa biss ta' xalar u rigali, imma l-ewwel u qabel kollox it-tifkira tat-twelid ta' Kristu Gesu'. Hafna huma dawk li jattendu l-quddiesa ta' nofs il-lejl. Fil-familji jitkantaw carols u jinqraw passaggi mill-Iskrittura li jfakkru fit-twelid ta' Kristu. L-aktar haga ghaziza u mportanti fil-knisja hija t-thejjija ghal dawn il-festi permezz ta' novena jew disat ijiem ta' preparazzjoni spiritwali ghall-festa tat-twelid ta' Kristu Gesu'.

Make a free website with Yola