christmaspage

 

 

 

DANIMARKA

 

Il-Milied fid-Danimarka hija festa importanti.

 Id-Danizi jibdew jiccelebraw il-Milied sa minn lejlietu u jkomplu sa l-ghada. Hafna uzanzi nqatghu u ghebu matul is-snin, izda hafna minnhom, fosthom il-gabra bejn il-familji, u l-mixghela tas-sigra tal-Milied ghadhom jigu mharsa. Kull familja taghmel il-parti tieghu biex izejjen l-ambjent tad-dar. Il-genituri jzejnu s-sigra tal-Milied u ma jhallux lit-tfal jarawha qabel l-ikla ta’ lejlet il-Milied. Tinxteghel fil-jum ta’ qabel il-Milied u l-familji jingabru madwarha biex ikantaw il-“carols”.

L-ikla ta’ lejlet il-Milied tibda bil-pudina tar-ross li fiha tkun mohbija lewza maghrufa bhala l-lewza magika. Min isibha jinghata premju. Imbaghad jieklu laham tal-wizz imsajjar, kabocci hamra u patata misjura imbaskta. Wara hafna helu u kejkijiet. Tradizzjoni daniza hija l-platt tal-Milied. Kienet tradizzjoni fiz-zminijiet bikrija fejn is-sinjuri kienu jaghtu platti bil-biskuttini u frott lill-qaddejja taghhom. Kienu l-isbah platti li ma kienux jintuzaw ghal kull jum.

 Hija uzanza li kull Hadd fl-Avvent il-mistednin jinghaqdu mal-familja biex jixghelu x-xema imqieghda fuq il-girlanda. Il-kbar jixrobu “mulled wine” imbid ahmar shun imhallat bis-sultana u hwawar filwaqt li t-tfal jixorbu taghsir tal-frott. Max-xorb jieklu tip ta’ kejkijiet zghar imsejha “batter cakes” misjura f’tagen specjali u biz-zokkor fin imraxxax fuqhom. Fid-Danimarka lejlet il-Milied isibuh bhala “Juleaften” u huwa l-akbar okazzjoni tas-sena ghax matulu isiru parties il-lejl kollu.

 Kien fil-bidu tas-seklu 20 li bdew dehlin uzani godda fid-Danimarka, impurtati minn pajjizi ohra, bhal nghidu ahna, Father Christmas, il-Kalendarju tal-Milied, il-parata ta’ Lucia etc. Il-Milied jibda maz-zmien ta’ l-Avvent. Id-Danizi jaghmlu girlanda li fiha jwahhlu erba xemghat wahda ghal kull Hadd ta’ l-Avvent u jixghelu xema kull gimgha hekk li sa l-ahhar Hadd ta’ l-Avvent l-erba’ xemghat ikunu jixghelu kollha.

 L-ewwel jum ta’ Dicembru jitqies bhala l-ewwel jum tax-xahar tal-Milied. U ghalehkk dan ikun il-jum li fih jinfetah il-Kalendarju tal-Milied. Kull tifel ikollu wiehed u hemm varjeta’ shih taghhom minn fejn wiehed jista’jaghzel. Tradizzjoni unika fid-Danimarka hija dik maghrufa bhal ic-“Children’s Developing Country Calendar” li wiehed isib jixtri mill-Banek u l-uficcji postali u li l-porofitti minnhom jmur ghall-beneficcju tat-tfal fil-pajjizi li qed jizvillupaw Fuq it-televzjoni jintwerew shows ghat-tfal kuljum mill-ewwel jum sa lejliet il-Milied b’tema adattata ghalihom . Normalment ikun xi storja tal- Milied mahduma minn nies reali jew pupazzi. Mal-moghdija taz-zmien anke shows ghal adulti bdew isiru, imma din id-darba b’tema umoristika. Dawn ix-shows huma maghrufa bhala l-Christmas Calendar Shows u huma segwiti hafna.

L-ewwel jum ta’ Dicembru huwa wkoll okazzjoni biex tinxteghel ix-xema tal-kalendarju, li hija xema markata f’24 taqsima, taqsima ghal kull jum sal-Milied. Wahda mill-ugigh ta’ ras huwa x-xiri tar-rigali ghall-hbieb u ghall-familja. Fi zminijiet mhux mbieghda l-kisi tar-rigali kienet attivita’ ghall-familja kollha, imma issa il-hwienet qed jaghmlu din il-haga max-xiri tar-rigali. Tradizzjoni li ghadha hajja hija dik li wiehed jikteb u jibghat l-awguri sbieh tal-Milied u Sena Gdida lil qrabatu u lil hbiebu. U s-sigill tal-Milied li jiehu post il-bolla jghaddi l-profitti tieghu ghall-karita’. Kull sena dan is-sigill jimbidel fid-disin tieghu u fis-sena 1970 kien disenjat mir-regina tad-Danimarka.

 Fit-13 ta’ Dicembru jaghmlu l-festa ta’ Santa Lucija li ssir l-aktar fl-isptarijiet, istituti u skejjel. Tfal minn diversi korijiet jilbsu l-abjad u jzommu xema f’idejhom. Biss wahda fosthom tintghazel biex tkun l-gharusa Lucija. Fuq rasha hija tilbes girlanda b’erbat xemghat u tkun hi li tmexxi l-purcissjoni. Jintfew id-dwal u tibda miexja l-purcissjoni fil-kurituri tkana l-ghanja ta’ Santa Lucija li hija l-qaddisa tad-dawl fil-knisja kattolika u li t-tifkira taghha tinzamm fit-13 ta’ Dicembru. Il-purcissjoni Lucia kellha l-origini taghha gewwa l-Isvezja u wara it-tieni gwerra dinjija saret popolari gewwa d-Danimarka.

 Uzanza mxerrda fid-Danimarka hija dik tal-Qalb tal-Milied. Din il-qalb hija mahduma minn karti bojod u homor, il-kuluri tal-bandiera tas-Danimarka kif murija fl-istampa. Dawn il-qlub hafna drabi jintuzaw bhala dekorazzjonijiet fuq is-sigar tal-Milied. Wiehed isib is-sigar tal-Milied fid-djar,u pjazzez ta’ l-ibliet u l-irhula. Gallettini tal-Milied maghrufa bhala “klejner” huma komuni hafna u ma jonqosx li issibhom f’kull dar ghal dawn il-festi. L-ikel tradizzjonali ghall-Milied huwa aringi servuti b’ insalata bil-curry u bajd flimkien ma’ perzut u zalzett. L-ikla tispicca bil-gobon u gallettini jew frott u helu. Il-birra specjali li tinhadem biss ghall-zmien il-Milied tinxtorob f’dawn iz-zminijiet. Dan il-menu jista’ jvarja minn distrett ghal iehor izda l-iskop li tinzamm l-ikla tal-Milied flimkien huwa l-istess.

 Wara l-ikla jasal il-hin tal-kant madwar is-sigra tal-Milied. Fl-ahhar jifthu r-rigali u imbaghad jintasbu madwar il-mejda ghall-kafe u helu.

 

Make a free website with Yola