christmaspage

 


 

EL SALVADOR


Il-poplu ta' El Salvador jpoggi fl-ewwel post il-familja waqt ic-celebrazzjonijiet tal-Milied. F'lejliet il-Milied jingabru bosta familji flimkien,  generalment ghand in-nanniet.  Maghhom igibu loghob tan-nar li jinharaq qrib nofs il-lejl meta kollox u kulhadd ikun qed igawdi dawn il-festi.


Hija wahda fost il-ftit okazzjonijiet meta l-familja tiltaqa' flimkien u jixtiequ awguri sbieh ghall-festi li jkunu fihom. Hafna mill-familji jattendu  

l-quddiesa ta' bil-lejl. Xi uhud jippreferu li jieklu qabel il-quddiesa ohrajn wara l-quddiesa. Waqt li jkunu sejrin ghall-quddiesa, hija normali li wiehed jara u jisma' il-hsejjes tal-loghob tan-nar.


L-ikla tal-Milied tvarja minn familja ghal ohra. Xi whud jippreferu l-menu ta' majjal u  d-dundjan filwaqt li dawk tradizzjonali jmorru ghat-tiegieg u tamales li hija ghagina li fiha jkollha gobon, jew laham jew hxejjex skond ma wiehed jiggosta, indawra fil-weraq u imsajra bl-isteam jew mghollija.


Hija tradizzjoni li ghalkemm jarmaw presepju fid-dar fix-xahar ta' Novembru, il-bambin ma jitqieghedx fil-maxtura qabel nofs il-lejl tal- jum il-Mlied.


Make a free website with Yola