christmaspage

 

 

FRANZA

 

Il-Milied fi Franza huwa festa tal-familja. Ic-celebrazzjonijiet jibdew lejliet il-festa ta' San Nikola, 5 ta' Dicembru fejn isir bdil ta' rigali bejn il-hbieb u il-qraba. It-tfal ihallu iz-zraben taghhom qrib ic-cumnija biex Father Christmas jimlielhom bir-rigali.

Fi Franza tirrenja atmosfera ta' ferh bil-kant tal-Milied u d-daqq tal-qniepen. Hafna familji jattendu il-quddiesa ta' bil-lejl biex wara jirritornaw fi djarhom halli jghaddu z-zmien sa sbieh il-jum fid-divertiment. Il-menu ta' l-ikel ivarja minn regjun ghal iehor ta' Franza.

F'hafna kazi, il-familja Franciza tarma l-presepju taghha f'xi rokna tal-kamra fejn l-aktar jghixu l-membri. Anke is-sigra tal-Milied ghandha postha fid-djar Francizi, imma l-presepju ghandu aktar importanza.

Fi Provence, in-naha t'isfel ta' Franza hemm l-uzanza li l-pasturi ohra jintuzaw ma' dawk tas-Sagra Familja huma it-tlett Reijiet, rghajja, annimali u ohrajn libsin ilbies tal-villagg. Jista jkun li anke jinkludu karattri vivaci bhalma huwa s-sindku tal-lokal etc. Tradizzjoni ohra hija li dawk li jiehdu sehem fil-processjoni li d-dawra taghha tkun madwar il-knisja, jilbsu ta' rghajja.

Il-presepju jaghtuh dik id-dehra naturali meta jarmawh bil-haxix, gebel u frieghi tas-sigar. Jinxteghlu x-xema u l-presepju jsir ic-centru tac-celebrazzjoni tal-Milied. Tfal jingabru madwaru biex kuljum sas-6 ta' Jannar jkantaw xi innijiet.

F'Parigi u Lyon huma popolari d-drammi tal-Milied u ix-shows tal-puppazzi. Dawk it-tfal li naqsu li jhallu z-zraben fil-5 ta' Dicembru, jhalluhom lejliet il-Milied biex jimlielhom il-Bambin Gesu'. Xi uhud jaslu biex ihallu xema tixghel u xi ikel biex jekk Marija tghaddi ma' Binha issib xi haga x'tiekol. Fil-jum tal-Milied l-ikla tkun abundanti b'hafna tipi ta' ikel li jispicca bil-helu tradizzjonali buche de Noel li huwa kejk mimli krema f'forma ta' zokk ta' sigra.

Fil-bidu tas-sena c-celebrazzjonijiet xejn ma huma inqas minn dawk tal-Milied u fis-6 ta' Jannar il-familja terga' tinghaqad flimkien ghal ahhar ikla li fiha jieklu ghagina catta imsejha galette. Fih jkun hemm monbija xi nitfa ta' pupa, jew fazola zghira, u min isibha ikun re jew regina ghal dak il-jum. F'dan il-jum maghrufa bhala l-Epifanija, ic-celebrazzjoni tal-Milied jigu fi tmiemhom.

 

Make a free website with Yola