christmaspage

 

GERMANJA

Zmien il-Milied jibda kmieni fil-Germanja. Infatti lejliet is-6 ta' Dicembru, jum il-festa ta' San Nikola hafna huma t-tfal li jdendlu zarbun ghax jemmnu li San Nikola, il-patrun tat-tfal jghaddi minn hdejn darhom u jimlijielhom bil-helu, jekk huma jkunu gabu ruhhom tajjeb; jekk le iz-zarbuna jimlijielhom biz-zkuk. Fil-granet li jigu wara, il-mara tad-dar tipprepara l-helu li jittikel fil-festi tal-Milied bhalma huma kejkijiet b'toghma ta' li-"spice" u gallettini. Jahmu wkoll dak li jsejhulu l- "Christbaumgeback" , li hu tip ta' hobz artab li jistghu jaghtuh liema forma jridu, jahmuh, biex wara jdendluh bhala dekorazzjoni fis-sigra tal-Milied.

Zgur li ma jonqosx li fil-familja tkun armata l-girlanda tal-Milied. Wara kollox din il-girlanda originat minn hawn. It-tfal jghoddu l-granet tal-Milied permezz tal-Kalendarju hekk maghruf bhala l-"Kalendarju tal-Milied." Jifthu tieqa kuljum u warajha jsibu stampa li tfakkarhom f'din il-festa kbira tat-Twelid ta' Kristu.

Il-21 ta' Dicembru, meqjus bhala l-iqsar jum tas-sena ghax il-lejl hu l-itwal wiehed tas-sena, tajba hu maghruf bhala jum San Tumas. F'xi partijiet tal-Germanja min iqum tard jew jasal tard fuq il-post tax-xoghol dak inhar jghidulu li hu l-"Hmar ta' Tumas." Matul dak il-jum ikollu jhabbat wiccu ma' hafna zuffejt imma fl-ahhar dan ic-cajt gentili jispicca b'ikla tajba li jselhulha "Thomasplitzchen."

Lejliet il-Milied hemm l-uzanza li t-tfal jaraw ghal-ewwel darba s-sigra tal-Milied imzejna u armata minn kollox. Go kamra li fiha huma ma jkunx jistghu jidhlu, is-sigra tigi dekorata bid-dwal u tizjin iehor li jaghmluha attrazzjoni specjali. Tahtha jqieghdu r-rigali u meta kollox ikun lest tindaqq il-qampiena biex il-membri zghar tal-familja jidhlu u jaffaxxinaw ruhhom bid-dehra tas-sigra tal-Milied. Vicin din is-sigra jitqieghdu ukoll platti bl- ikel ghal kull membru tal-familja, mimlija frott, gewz marzipan, cikkulata u gallettini. Hdejn is-sigra jitkantaw l-innijiet tal-Milied, xi kultant jixghelu xi gassijiet zghar li jtajru xrar tan-nar forma ta' stillel zghar, tinqara l-istorja tal-Milied u jinfethu r-rigali.

Lejliet il-Milied hu maghruf fost il-Germanizi bhala "Dickbauch" jew "stonku mimli" ghaliex skond it-tradizzjoni dawk li ma jieklux sew lejliet il-Milied ikunu persegwitati mid-demonji matul il-lejl. Mur emminhom!!!!!!!!!!Ghalhekk jiehdu c-cans li jimlew zaqqhom bil-laham ta' hanzir zghir mixwi tajjeb, zalzett abjad, macaroni u ikel iehor regjonali.

Il-Quddiesa ta' bil-lejl ghad ghandha postha u hafna huma dawk li jattendu ghaliha. Jum il-Milied igib mieghu bankett mill-ahjar - laham mixwi tal-papri, "Christstollen" ( hobz twil mimli lews, u frott niexef) marzipan etc. L-istagun tal-Milied jaghlaq fis-6 ta' Jannar, jum it-Tre Re. Sal lum l-inizjali tat-Tlett rejiet (Kaspar, Melkjor u Baltasar) u s-sena li nkunu qeghdin fiha jigu miktuba bil-gibs fuq il-bibien bhala portezzjoni ta' darhom u l-familja.

Make a free website with Yola