christmaspage

 

 

GRECJA

 

Kemm ghal membri tal-knisja Ortodossa tal-Lvant kif ukoll ghall Kristjani Griegi l-Milied huwa it-tieni festa importanti wara dik ta' l-Ghid. Mall- Milied hemm marbuta diversi tradizzjonijiet grieki fosthom insibu li f'lejliet il-Milied gruppi ta' tfal fil-villaggi jmorru minn dar ghal dar joffru x-xewqat sbieh tal-festi u jkantaw il- "kalanda", l-ekwivalenti t' l-innijiet tal-Milied. Xi whud ikollhom l-akkumpanjament ta' xi tnabar, cimbli u xi gitarri. Hafna drabi dawn il-gruppi jinghataw xi helu jew frott imqadded.

 Wara 40 jum ta' sawm, il-festa tal-Milied tkun mistennija hafna kemm miz-zghar kif ukoll mill-kbar. Fuq kull mejda ikun hemm hobz griek msejjah christopsomo jew il-Hobz ta' Kristu. Dan hu hobz helu mahdum b'diversi forom bil-wicc skolpit biex jirrifletti ix-xoghol tal-familja. Fil-Grecja s-sigra tal-Milied ma tantx kienet popolari ghalkemm issa issibha f'kull familja. Kwazi f'kull dar ghandek issib is-simbolu principali tal-Milied: skutella baxxa mimlija bl-ilma li fiha ikun hemm salib u bukkett tal-baziliku marbuta flimkien biex kuljum membru tal-familja, normalment l-omm traxxax minn dan l-ilma mbierek f'kull kamra tad-dar biex skond it-twemmin taghhom ibghedu l-ispirti hziena mid-dar. Dan ir-ritwal jibda mill-Milied sa l-Epifanija. L-ilma imbierek jitbiddel fl-ewwel jum tas-sena. F'dan il-jum jitqassmu wkoll r-rigal.


40 jum qabel il-festa tal-Milied titnieda sawma bhala preparazzjoni ghall-festa. Meta tkun qorbot il-festa, in-nisa tad-dar jippreparaw il-helu li jkun ser jittiekel fil-Milied. Fl-antik kienu jahmu l-gallettini ta' l-ghasel ghal Milied fil-waqt li dawk biz-zokkor kienu merfugha biex ikun kkunsmati fl-ewwel tas-sena. Pero' l-lum ma ghadx hemm distinzjoni bejn wahda u l-ohra u t-tnejn jittieklu kemm fil-Milied kif ukoll fl-ewwel tas-sena.


Fl-ikla tradizzjonali tal-Milied jissajjar kemm id-dundjan kif ukoll il-hanzir ghalkemm originarjament kien il-laham tal-hanzir li kont issib fuq l-imwejjed griegi fi zmien il-Milied. Anzi l-hanzir kien jitrabba sa minn zmien qabel biex jinqatel ghal dan il-periodu ta' festa.

Make a free website with Yola