christmaspage

 

 GWATEMALA

 Fi Gwatemala hemm tradizzjoni jsejhulha l-"posada" Il-kelma tfisser li wiehed irid post fejn joqghod. Hija tradizzjoni segwita hafna mill-insara Latini Amerikani. Hija simbolika ghat-tbatijiet li minnhom kellhom jghaddu Marija u Guzeppi biex isib kenn fejn jitwieled Gesu.' Fil-vangelu naqraw li Marija u Guzeppi, qabel ma twieled Gesu' marru jhabbtu bieb bieb bit-tama li xi hadd jilqaghhom f'daru u b'hekk Marija tkun tista' taghti d-dawl lit-tarbija taghha li kienet fil-qrib li titwieled fil-kenn ta' dar. Izda sfortunatament hadd ma laqaghhom. Kulhadd ghalqlihom il-bieb f'wicchom.

 

 Il-"posada" li hija celebrazzjoni li tibda fis-16 ta' Dicembru u tibqa' sejra sa l-24 ta' Dicembru, lejlet il-Milied, huma purcissjonijiet bl-istatwa ta' Marija u Guzeppi jew tfal imlibbsin t'hekk, li jmorru f'purcissjoni minn dar ghal dar jkantaw kant tradizzjonali li bih jitolbu li sid id-dar kenn ghal Marija u Guzeppi. Ma jonqos li kull partecipant jew "pellegrin" jzomm f'idu xema jew lanterna. Kull sid ta' dar jirrifjuta li jaghmel dan sakemm jaslu f'dar partikulari li tkun ntghazlet minn qabel. Sid il-post ta' dik id-dar jifthilhom biex jghaddu gewwa. Meta jidhlu jingabru madwar il-presepju armat ghal-okazzjoni u hemm jitolbu flimkien, generalment ir-Ruzarju. Sid id-dar imbaghad jipprepara xi helu biex iqassam lil partecipanti.

 

L-ghada jirreptu din ic-celebrazzjoni u hekk sa lejliet il-Milied.

 

 

 

 

Make a free website with Yola