christmaspage

 

INDJA

 

Hemm erba religjonijiet gewwa l-Indja, il-Hindu, il-Musulmani, ix-Xiki u l-Insara, dawn ta' l-ahhar huma l-minoranza.  Ghalkemm dawn ir-religjonijiet kollha ghandhom il-festi taghhom, il-Milied, festa nisranija, hija celebrazzjoni zghira mqabbla mal-festi tat-twemmin iehor. Izda tgawdi popolarita' u rispett fost in-nies ta' fidi ohra. Ghal dawk li ma humiex nsara, il-Milied ikun celebrat b'mod sekulari.

Wahda mill-akbar komunitajiet nsara gewwa l-Indja tinsab gewwa Bombay.   Numru kbir ta' dawn l-insara gewwa Mumbai, li qabel kien jisimha Bombay, huma Kattolici Rumani.

Il-qofol tac-celebrazzjonijiet tal-Milied ghall-Kattolici hija il-Quddiesa ta' nofs il-lejl. Familji shah jattendu ghaliha u wara kulhadd jiehu sehem f'festin fejn kulhadd jinghaqad biex jiekol u jixrob xi haga.  L-ikel generalment ikun wiehed mitfuq fuq il-curry. Il-membri jaghtu u jircievu rigali.

Il-knejjes gewwa l-Indja ikunu nzejna bil-ponsjetti u xema' ghas-servizz ta' lejliet il-Milied.

Minflok ma jkollhom is-Sigra tal-Milied tradizzjonali bhal ta' l-Ewropej, in-nies ta' l-Indja jzejnu il-pjanta tal-banana jew mango. Tiltaqa' ma' xi whud li dar izejnuha bil-weraq tal-mango.

Fin-naha t'isfel ta' l-Indja, l-insara hafna drabi jqieghdu lampi zghar tal-fuhhar jixghelu biz-zejt  fuq is-soqfa catti ta' djarhom biex juru li Kristu hu d-dawl tad-dinja. Gewwa Mumbai issib spiss twieqi li fihom ikun sponut Gesu' tarbija gewwa l-maxtura. Anke issirkompetizzjoni ghall isbah presepju.  Il-familji izejnu t-toroq taghhom billi bejn id-djar idendlu fanali kbar tal-karti bil-forma ta' kwiekeb biex meta wiehed jimxi jara lilu niffsu i bhallikieku miexi taht l-istillel .  Kull dar ikollha taghmel il-helu tal-Milied biex meta jzurhom xi hadd joffrulu minnu bhala ospitalita'. Gewwa Goa iz-zkuk tas-sigar tal-palm ikollhom dwal imdawra maghhom biex inisslu atmosfera mhux tas-soltu ghal dawn iz-zminijiet ta' ferh sa l-ewwel tas-sena.

Xi uhud mill-insara anke johorgu lejl wara iehor ghall-gimgha shiha biex ikantaw innijiet tal-Milied u jirrakontaw l-istorja tal-Milied.

Gewwa l-Indja Father Christmas maghruf bhala "Christmas Babva" bil-Hindu jew "Christmas Thaathaa" bit-Tamil, jghaddi riekeb fuq karrettun migbud minn ziemel iqassam ir-rigali lit-tfal.

 

Make a free website with Yola