christmaspage

 

IRLANDA

 Fit-twieqi ta' djar taghhom, lejlet il-Milied l-Irlandizi jpoggu xema' tixghel mzejna bil-haxix biex bhallikieku juru it-triq lill-Fanilja Sagra jew lil xi vjaggatur imsejken f'dak il-lejl. Matul iz-zmien ta' l-okkupazzjoni Ingliza, l-Irlandizi kienu jqieghdu tlett xemghat fit-tieqa ghall-Milied. Wahda ghall-Missier, wahda ghal-Iben u l-ohra ghal-Ispirtu Santu. B'hekk kien jinghata hjiel li dik il-familja kienet kattolika u l-hbieb huma milqugha f'darhom biex jiccelebraw il-Milied Qaddis. Sinjal ukoll car lis-sacerdot biex jidhol f'dik id-dar, jqaddes, jiekol l-ikla tal-Milied u jghaddi l-lejl qaddis mal-familja.


Wara l-ikla ta' filghaxija, fuq il-mejda jitqieghdu il-hobz u l-halib u l-bieb ma jkunx maqful bil-gangetta bhala simbolu ta' ospitalita' li l-familja tkun tixtieq toffri lil Marija, Guzeppi u t-tarbija Gesu' li tkun ghad trid titwieled.


Ghal-Irlandizi l-Milied hu zmien ta' celebrazzjoni religjuza aktar milli divertiment. F'kull dar ghandek issib ix-xena tal-prespeju u recentement is-sigra tal-Milied qed issir popolari.


L-Ikla tal-Milied hija wahda elaborata f'hafna familji. Il-Preparazzjonijiet jibdew minn hafna gimghat qabel. Il-Pudini huma helu komuni hafna u jkunu servuti jew b'xi sauce jew whisky


It-Thejjijiet ghal-kejk tal-Milied jibdew minn Ottubru biex ikun hemm zmien bizzejjed li l-kejk joqghod u it-toghmijiet tieghu jintegraw sewwa.


Generalment ix-xiri tar-rigali jibda xi gimgha jew tnejn qabel il-Milied. Hafna huma dawk li jaghtu rigali lill-membri qrib tal-familja u li qed jghixu taht saqaf wiehed.

Make a free website with Yola