christmaspage

 

ITALJA

Ghalkemm fl-Italja ghandek issib l-uzu komuni tas-sigra tal-Milied, it-Taljani qatt ma addottawha bhala s-simbolu ta' dan l-istagun ta' festi. Ghat-Taljani hija ix-xena tat-twelid ta' Gesu' jew il-presepju, li hija l-punt kardinali ta' dawn il-festi. Xi kommunitajiet jniedu kompetizzjonijiet ghal ahjar presepju. L-ahjar presepji huma dawk armati fil-knejjes u bosta nies jduruhom biex jaghmlu paragun ma' dak espost fil-parrocca taghhom.

Tradizzjoni sabiha imma li sfortunatament qed tintilef hija dik tal-"Piferari" li jinzlu mill-gholjiet ta' Abruzzo u Latium jdoqqu c-cirimelli fil-pjazzez quddiem xi xena tal-Milied, biex ihabbru li zmien il-ferh qed fil-qrib.

Tipi ta' helu tradizzjonali fl-Italja huma l-Panettone li hu tip ta' kejk hafif mimli frott u sultana, kif ukoll t-Torrone li hu speci ta' qubbajd artab mimli lewz, ghasel u zokkor. Hafna familji ghadhom ifittxu li jattendu l-Quddiesa ta' bil-lejl.

Uzana ohra hija dik li jaharqu bicca zokk ta' sigra. Dan kellu jibqa' jaqbad sa' l-ewwel jum tas-sena. It-twemmin pagan juri li b'hekk jinqered il-hazen tas-sena li waslet biex tintemm. Il-leggenda nisranija tirrakonta kif il-Vergni Marija tidhol gewwa id-djar tan-nies umli biex issahhan lil binha tarbija quddiem dan iz-zokk gamra nar, filwaqt li dawn ikun jisimghu l-quddies ta' nofs il-lejl.

Ghal habta ta' nofs in-nhar il-Papa, Kap tal-Kattolici jaghti l-barka tieghu lin-nies migbura fil-pjazza kbira tal-Vatikan, li tkun tghodd ukoll ghal dawk li jsegwuh fuq it-televizjoni.

Il-festa ta' l-Epifanija hija festa importanti fil-kalendarju taljan. Hija f'din il-gurnata li t-tfal jircievu r-rigali tal-festi tal-Milied. Fost iz-zghar tigri l-grajja tal-"Befana" jew ahjar is-sahhara tajba li tghaddi minn dar ghal dar timla il-kalzetti tat-tfal bir-rigali. Skond leggenda taljana, il-Befana ndikat id-direzzjoni ta' Betlem lit-tlett rejiet, izda ma riditx tmur maghhom. Meta biddlet hsiebha, dawn kienu diga' telqu u ghadha sal-lum tfittex lil Gesu' Bambin.

Make a free website with Yola