christmaspage

 

 

KANADA

 

Il-Kanada hija art kbira hafna u fiha jghixu popli ta' kulturi differenti.  Minhabba f'hekk wiehed isib diversi tradizzjonijiet marbuta mal-festa tal-Milied.

Il-provincja ta' Nova Scotia hija maghrufa ghal sigar taz-znuber u arnzu (fir and pine trees) u ghaldaqstant il-familji fil-Kanada jkollhom wahda minn dawn fid-djar taghhom, imzejna bi dwal u dekorazzjonijiet tal-Milied.  Tradizzjoni Kanadiza hija d-donazzjoni ta' l-isbah sigra taz-znuber li tkun kibret gewwa Nova Scotia f'dawn il-jiem, lin-nies ta' Boston fl-Amerika. Din tinghata bhala tifkira u ringrazzjament ghal assistenza li n-nies ta' Boston taw lin-nies tal-Kanada fid-dizastru maghruf fid-dinja bhala il-"Halifax Disaster."  Din it-tradizzjoni ilha sejra ghal snin shah. In-nies ta' Boston japprezzaw hafna dan il-fest tal-Kanadizi hekk li jarmawha fil-belt f'post centrali u jixghelu bl-isbah dwal bhala sinjal li beda' l-istagun tal-Milied.

Il-kartolini tal-Milied jimxu hafna fil-Kanada ghax bosta u bosta huma dawk li jibghatu x-xewqat permezz taghhom.

 

Hemm tradizzjoni ohra gewwa Newfoundland u Nova Scotia, l-aktar fl-ibliet u rhula zghar fejn rghajja b'wicchom imghaddad jhabbtu fuq il-bibien u meta jifthulhom jkantaw  u jizfnu; wara jinghataw xi helu bhal kejkijiet u xi xarba biex imbaghad jghaddu ghad-dar l-ohra. F'xi kazijiet jekk dak li jkun fetah ma jindunax mill-lehen ta'dawn ir-rghajja minn kellmu, allura jkollu jinghaqad maghhom.  Din l-attivita' tal-Milied hija wahda mahsuba ghal adulti u ssir bejn 26 ta' Dicembru u is-6 ta' Jannar, period maghruf bhala t-tnax-il jum tal-Milied. Din l-attivita' jsejhula "Mummering" u r-rghajja jsejhulhom "Mummers."

Hafna Kanadizi jifthu r-rigali taghhom lejliet il-Milied; xi uhud jippreferu li jifthu rigal wiehed filwaqt li jifthu l-kumplament tar-rigali fil-jum tal-Milied.

Fl-ibliet ta' Labrador u Newfoundland in-nies jiddekoraw minn barra d-djar taghhom permezz ta' dwal u skulturi kbar tas-silg li hu disponibbli bil-kotor ghaliex ikun nizel madwar 12 u 14 il-pied silg.

Fi tmiem l-istagun tal-Milied, in-nies tal-provincja ta' Quebec jiccelebraw festa fis-6 ta' Jannar imsejha,

" La Fete du Roi" fejn jahmu kejk u jqeghdu fih fazola wahda u min isibiha jkollu dritt li jkun re jew regina ghal dak il-jum.

Il-Kanadizi jhobbu jieklu helu imsejjah Ghadam tat-Tigieg u Barley Candy. Il-Barley Candy huwa helu f'forom differenti, (ta Santa Klaws, tac-cerva, tas-snowman jew simboli ohra tal-Milied) imwahhal fuq bicca stikka . Dawn jittieklu billi ddewwibhom f'halqek u darba jkunu dabu, tikxef ic-cikkulata li tkun mohbija fil-qalbha.

 

 

 

 

 

CHICKEN BONES

 

 

 

Make a free website with Yola