christmaspage

 

 

KROAZJA

 

Il-Kroazja hija art fit-tarf tal-Bahar Adriatiku bejn il-Boznia, Herzegovina u s-Slovenia. Ghalkemm sa minn dejjem il-familji tal-Kroazja kienu jzejnu d-djar taghhom bil-haxix, l-introduzzjoni tas-sigra tal-Milied hija haga ricenti. Is-sigar tal-Milied izejnuhom fil-gallettini, frott, helu flimkiien ma' dekorazzjonijiet ohra tal-hgieg, dwal u xema.

Kull regjun tal-Kroazja ivarja fit-tradizzjonijiet tal-Milied u ghalhekk ghandek issib differenzi fil-kliem ta' l-innijiet, stejjer, dekorazzjonijiet u ikel tal-Milied.

It-tiben simbolu tat-twelid ta' Kristu fil-maxtura, ghandu gheruqu fit-tradizzjonijiet ta' xi uhud mir-regjuni. Lejliet il-Milied ixerrdu t-tiben ma' l-art u jqieghdu xi ftit minnu wkoll taht it-tvalja fuq il-mejda ghal ikla ta' lejliet il-Milied.

Ghalkemm minn regjun ghal iehor l-ikel ivarja xi ftit, dezerti u helu iehor ikun komuni ghal kullimkien, nghidu ahna l-Kuglof kejk li huwa kejk mahdum mill-gewz u iz-zerriegha tal-pepprin. Izejnuh kultant b'xi xema u zokk ta' l-arznu.

Ir-rigali ma ghandhomx importanza fit-tradizzjonijiet tal-Milied tal-Kroazja. F'dan il-pajjiz ta' madwar 5 miljun ruh, 87 fil-mija huma Kattolici u jqisu il-Milied bhala jum mqaddes ikatar milli jum li fih jinhlew jaghtu r-rigali lil xulxin.

Ta' min isemmi wkoll li San Nikola li l-festa tieghu hija fis-6 ta' Dicembru jqassam xi rigalilit-tfal f'xi regjuni filwaqt li Santa Lucija taghmel il-parti taghha mat-tfal li jkunu gabu ruhhom sewwa fil-gurnata tal-festa taghha, 13 ta' Dicembru. Fil-jum tal-Milied jitqassmu xi rigali zghar li jingbhad li gew mit-tfajjel Gesu'.

Make a free website with Yola