christmaspage

 

 

KUBA

 

Il-Milied f'Kuba huwa wiehed mill-okazzjonijiet l-aktar ferrieha fil-pajjiz u jkun iffesttegjat bl-akbar pompa. Wara li Kuba kienet iddikjarata bhala nazzjon li ma jemminx f'Alla fis-sena 1962, il-festa giet imnehhija mill-kalendarju ta' vakanzi pubblici Kuban fis-sena 1969 meta Castro iddecieda li kienet ta' tfixkil fil-gbir tal-kannamieli jew il-hsad taz-zokkor. L-awtorita' Kubana pprojbixxew is-sigar tal-Milied u l-presepji fil-pubbliku, ghalkemm f'postijiet frekwentati mit-turisti,bhalma huma lukandi dawn kien hemm il-permess li jsiru.

 Imma fis-sena 1997 il-President Castro mill-gdid ghamel il-25 ta' Dicembru festa pubblika bhala turija ta' rieda tajba fl-okazzjoni tal-vizta tal-Papa Gwann Pawlu II fil-gzira. Bil-migja tal-Milied ghall-glorja li kellu qabel, Quddiesa solenni kbira tkun iccelebrata fil-pjazza tar-Rivoluzzjoni gewwa Havana.

Il-Kubani prezenti kollha joffru l-qima taghhom lil Alla bhala radd il-hajr ghall-migja tal-Messija fost il-bnedmin hekk kif il-qniepen tal-knejjes ta' Havana jdoqqu ferriehi mat-tokki ta' nofs il-lejl bejn lejliet il-Milied u l-jum tal-Milied. Screens kbar tat-TV jitqieghedu fil-pjazza biex il-folla issegwi il-quddiesa tal-Papa li jkun qed jiccelebra gewwa l-Basilka ta' San Pietru. Tradizzjoniijiet ohra fost il-Kubani huma l-ghoti ta' rigali wiehed lil iehor, bhala turija ta' ferh u mhabba bejn dawk li jircievu u jaghtu.

 Ma jonqosx li l-Kubani jattendu s-servizzi tal-Milied li jinzammu gewwa l-knejjes. Fi djar imzejna ghal dawn il-festi tingabar il-familja biex jkantaw, jizfnu u jieklu. L-ikla generalment ikun majjal mixwi, akkumpanjat mill-imbid, birra u "cider". Bhala helu ma jonqosx li jispiccaw bil-qubbajt jew kif jafuh huma t-torrones spanjol.

Make a free website with Yola