christmaspage

 

 LITWANJA

 

Ghall-Milied id-djar gewwa l-Litwanja jitnaddfu minn fuq sa isfel.  In-nies jippreparaw l-ikel kemm ghal lejlet il-Mlied kif ukoll ghall-jum innifsu tal-Milied. Fi zminijiet l-imghoddija l-poplu Litwan kien isum u ma jiekolx laham bi preparazzjoni ghat-twelid ta' Kristu, imma fil-granet tal-lum il-knisja nehhiet din is-sawma.

Il-membri tal-familja liebsa lbies nadif u pulit jingabru madwar il-mejda ghal-ikla ta' lejlet il-Milied.  Fuq il-mejda jxerrdu ftit tiben fin biex ifakkru lil Gesu' twieled fi stalla fuq ftit tiben go maxtura.  Imbaghad wicc il-mejda jghattuh bi tvalja bajda pura, jqieghdu l-platti u jiddekorawha bix-xemghat u l-haxix tal-ballut. Platt zghir mimli b'tip ta' wafers (imsejha f'xi regjuni bhala il-kejkiet ta' Alla - Dievo pyragai - ghaliex ikunu gabuhom mill-parrocca u fuqhom jkollhom stampati xeni mit-twelid ta' Kristu) jitpogga fuq il-medja bin-numru ta' wafers daqs kemm ikun hemm persuni fil-familja.

Kull membru tal-familja jaghmel hiltu biex ikun prezenti ghal din l-ikla mhux ghal ikla innfisha, izda minhabba ir-ritwal tal-familja biex tinzamm il-ghaqda. Jekk xi membru tal-familja ikun miet dik is-sena jew xi hadd ma jkunx jista' jigi ghal xi raguni serja, postu jkun merfugh fil-mejda. U l-platt tieghu jitqieghed ukoll fuq il-mejda minghajr pero' sikkna, furketta u mgharfa, izda b'xema go fih li tinxteghel waqt l-ikla.

Fi zminijiet l-imghoddija d-dixx principali kien tip ta' soppa maghmula mill-qamh, xghir, pizelli, fazola u hafur. Kienet titiekel flimkien ma' l-ghasel imhallat bl-ilma shun.  Fl-ikla ta' lejlet il-Milied f'kull familja iservu tnax-il dixx ta' ikel differenti li ma jkunx jinkludi laham, bhala tikfira tat-tnax-il appostlu li kellu Kristu.

Biex it-tfal ma jgergrux li dak l-ikel ma jghogobhomx, issir spjegazzjoni u tifsira ta' dik l-ikla  u tinghad ordni bil-pulit li kulhadd ghandu jiekol dak li jipprezentawlu quddiemu billi dak  hareg il-kunvent.

 

L-ikla tibda meta jidhru l-ewwel kwiekeb fis-smewwiet u jekk is-sema jkun imsahhab, ikun il-missier  jew in-nannu li jhabbar li wasal il-hin li tibda' ic-cena. Tinghad it-talba u jitqassmu l-wafers mill-missier l-ewwel lil martu imbaghad lill-bqija tal-familja. Jekk ikun hemm it-tuffieh fuq il-mejda l-omm taqbad wahda u taqsamha f'bicciet daqs kemm hemm persuni prezenti, bl-ewwel bicca tinghata lil zewgha. Din hija tifsira ta' meta Eva tat lil zewgha Adam it-tuffieha u dan kielha.  Wara jitqassmu l-bicciet tat-tuffieh lil dawk prezenti.

Imbghad jibdew gejjin it-tnax il-platt ta' l-ikel li minnhom kull wiehed jiekol dak li jixtieq imma ma jaqbez ebda dixx anke jekk biss iduqu ghax jemmnu li kull min jaqbez dixx u ma jiekolx jew iduqu ma jwassalx sa lejlet Milied iehor.

Ma jixorbux spirti hlief ilma jew juices tal-frott jew xorb tat-tuffieh u waqt l-ikla jinzamm skiet u ma jinghad ebda cajt hlief ghal xi kelma jew tnejn li tigri bejnithom. Hadd ma jqum minn postu wara l-ikla ghaliex jekk xi wiehed ikun ghadu jiekol u jqum biex jitlaq mill-mejda  imut l-ewwel. Wara l-ikla kulhadd imbaghad jibda' jghid tieghu u jhabbar dak li minghalih x'ser jigri fil-gejjieni. In-nies tal-Litwanja ghandhom bosta twemmin ta' superstizzjoni konnessi mal-Milied, li xi uhud minnhom huma imnizzlin hawn taht :

Jekk tifla tigbed tibna minn taht it-tvalja  u din tkun twila u rqieqa allura r-ragel taghha ser ikun twil u irqieq imma jekk it-tibna tkun qasira u hoxna ir-ragel futur taghha jkun qssir  u oxhon. Dan jghodd ukoll ghat tifel. Jekk il-mizzewgin jigbdu tibna twila u rqieqa, allura  il-kartiera tal-flus taghhom ghal dik is-sena tkun wahda fqira, imma tibna qasira u hoxna tfisser dhul ta' hafna flus.

Waqt li jkunu ghadhom bil-qieghda madwar il-mejda juzaw tlett platti biex jindikaw il-futur taghhom. Taht platt minnhom ipoggu kavetta, taht iehor curkett u taht l-ahhar wiehed munita. Jithawwdu l-platti u dak li jsib ic-curkett ifisser li ser jizzeweg, min isib ic-cavetta jfisser li ser ikollu dar propjeta' tieghu u l-munita tfisser sena ta' gid.

Jghidu li jekk lejlet il-Milied ikun mimli kwiekeb u car allura is-sena li tkun riesqa fuqhom tkun wahda tajba.

Iz-zraben kollha tad-dar jitqieghdu f'munzell biex imbaghad wara jitpoggew wiehed wara l-iehor f'ringiela dritta sakemm jaslu hdejn il-bieb. Il-persuna li taghha ikun iz-zarbun li jmiss mal-bieb ikun l-ewwel wiehed li jhalli d-dar matul is-sena li tkun gejja fuqhom. (xi whud ibassru li din il-haga tfisser il-mewt tieghu.)

Ma' dawn is-superstizzjonijiet il-lista tkompli tizdied, izda semmejna biss ftit biex wiehed jifhem kif jghaddu lejlet il-Milied dawn in-nies waqt l-ikla taghhom.

Meta jispiccaw l-ikla jinbagru madwar is-sigra tal-Milied u tahtha jkantaw innijiet tal-Milied. It-tfal jircievu r-rigali taghhom u jirtiraw fil-kamra taghhom biex jorqdu.  Il-kbar jattendu ghall-quddiesa ta' bil-lejl.

 

 

Make a free website with Yola