christmaspage

MESSIKU

 

 Ghall-Messikani, il-Milied huwa festa religjuza. Biex jippreparaw ghal-din ic-celebrazzjoni tat-Twelid ta' Kristu, il-Messikani minn disa' itijiem qabel iharsu t-tradizzjoni tal-Posada. Il-Posada tobbilga lil kull familja ta' l-inhawi biex jaghzel lejl halli jkunu jistghu jirrectaw l-episodju ta' meta San Guzepp u l-Vergni Marija kienu qed iffitxu kenn ghall-lejl wara li marru jaghtu sehem biex jinkitbu fic-censiment.

Kull dar ikkolha il-presepju taghha. L-inkwilini jilghabuha tal-propjetarji tal-lukanda fil-waqt li l-adulti u t-tfal ta' l-inhawi jmorru jkantaw quddiem id-dar jitolbu kenn. Kull participant ikollu xema tixghel f'idejh u erba zaghzagh ta' l-istess tul jerfghu zewg statwi zghar msejha Los Peregrinos li jirreprezentaw lil Marija u lil Guzeppi, u johduhom ghal fuq il-hmar. Dawn idumu jiccelbraw il-Posada ghal 9 ijiem shah. Mis-16 ta' Dicembru sal-24 ta' Dicembru. Il- Peregrinos jistaqsu ghall-kemm fi tlett idjar differenti izda fit-tielet wahda biss ikunu milqughin.Dik tkun id-dar maghzul biex fiha tinzamm il-Posada ghal dak in-nhar. Dak li jmexxi l-processjoni jkollu x-xema tieghu fl-lanterna mahduma tal-karti forma ta' akkordjan.

Darba l-inkwilini jdahhluhom dan il-grupp ta' mistednin jingabru jirrecitaw r-ruzarju gharkobtejhom madwar il-presepju. Ma jonqsux li jitkantaw xi innijiet tal-Milied. Wara t-talb jigi l-ferh. Jintlesta l-helu fosthom il-Pinata li hu recipjent nzejjen u dekorat, mimli karawett bil-qoxra, laring, tangerin, helu etc u filwaqt li tfajjel b'ghajnejh mghottija jipprova jkisser ir-recipjent bi stikka, l-bqija tat-tfal ikantaw kant tal-Milied. Normalment dan ir-recipjent ikollu forma ta' stilla ghalkemm issib xi uhud b'disinn differenti.

Ghal adulti ikun hemm servuta, xarba msejha "Punch", xarba mahduma mill-frott ta' l-istagun u stikkek tal-kannella bi ftit spirtu. Xarba tassew qawwija.

Lejlet il-Milied kulhadd jattendi l-knisja ghall-quddiesa ta' bil-lejl. Wara c-celebrazzjoni, kulhadd ghall-ikla tal-festa.

Jergghu jattendu ghall-quddiesa ta' awl l-ewwel tas-sena bhala radd il-hajr ghall-gid li jkun nizel fuqhom mis-sema.

Ir-rigali ma jitqassmux f'dan il-jum ghax dan huwa l-jum tas-Salvatur taghna.Ikun il-jum tas-sitta ta' Jannar meta t-tfal jircievu r-rigal. Dan il-Jum huwa maghruf ukoll bhala jum ir-Rejiet. Kienu l-Magi li gabu r-rigali lil Gesu' u ghalhekk dan il-jum igib il-ferh lit-tfal ghax huma wkoll jircievu r-rigali taghhom li tant ikunu ilhom jistennew.

Xarba popolari f'dan il-jum hija tazza cikkulata shuna. Maghha titiekel dak li huma jsejhu ROSCA de REYES jew ahjar hobza kbira ovali maghmulha mit-tqieq u l-bajd mzejna bil-frott u zokkor imferrex fil-wicc, izda li fil-qalbha taghha ikollha statwa zghira tal-Bambin Gesu' Min isib din l-istatwa waqt li ikun qed jiekol il-bicca hobz tieghu ikollu jhoqghod parrinu tal-Bambin Gesu' fil-festa tal-Kandlora, lit kun iccelebrata fit-2 ta' Frar. F'dan il-jum il-presepju jintrefa' u dik il-persuna lit kun il-parrinu ta' Gesu. Ikollha taghmel taghmel ikla li fiha tispikka hafna il-Tamles jew hobz mimli bil-laham imhawwar biz-zalza. Madankollu irid ihit libsa ghat-tfajjel Gesu'.

Hija hasra li dawn it-tradizzjonijiet gew modifkati u hwejjeg bhal dawn jitilfu hafna mis-sens religjuz taghhom.

Make a free website with Yola