christmaspage

 

 

NIKARAGWA

 Il-Milied gewwa n-Nikaragwa jibda ufficjalment fis-6 ta' Dicembru. L-ghada 7 ta' Dicembru in-Nikiragwani jiccelebraw il-festa msejha "La Purissima" jew ahjar l-Immakulata Koncezzjoni. Eluf ta' zaghzagh jghaddu jkantaw minn dar ghal dar innijiet marjani biex jonoraw lil Vergni Mbierka. Xi hadd mill-folla jistaqsi bl-lehen gholi: "X'inhija r-raguni ta' dan il-ferh kollu?" u l-kor iwwiegeb immedjatament: " Il-festa tal-Koncepiment tal-Vergni Imbierka." Ghal dawn l-attivitajiet kull dar toffri lill-membri tal-kor xi hlewwiet u ikel iehor bhala kumplament.

 

Fil-gimghat li jigu wara hafna huma n-nies li jixtru xemghat, presepji, pasturi, rigali, fjuri u kull tip ta' ikel. Loghob tan-nar jixghel is-smewwiet tul ix-xahar kollu ta' Dicembru. Tintrama' is-sigra tal-Milied biex wara z-zmien ta' thejjija fis-16 ta' Dicembru jibdew il-festi propja. Hafna djar ihejju maxtura biex meta jaslu Marija u Guzeppi jfittxu l-kenn isibu fejn u dik id-dar li fiha jinstab il-kenn, dik id-dar toffri imbid u ikel.

Matul in-novena tal-Milied sa' lejlietu, isir talb fid-djar li wara jkun segwit mill-kant u xi ikel u xorb bhala festeggjament. Fit-toroq principali li jkunu mzejna ghal okazzjoni jindaqqu innijiet tal-Milied fuq il-loudspeakers. Fi bliet u irhula zghar il-knisja kattolika torganizza parata jew processjoni fejn fiha numru ta' karattri bibblici jirrectaw t-twelid ta' Kristu. Hafna nies jaraw dan id-dramm b'devozzjoni kbira u jattendu bi hgarhom.

Il-pranzu tal-Milied hu xi haga li kull familja tkun qed tistenna b'herqa kbira.

L-ikla hija influenzata hafna mit-tradizzjonijiet spanjoli. Ghaldaqstant wiehed jsib il-platt tar-ross jixbah hafna li Paella, tigieg mimli, u hobz frisk. Il-hbieb u l-familjari jistiednu lil xulxin ghall-festi tal-Milied. Il-familja nikaragwana ma tonqosx li tattendi ghall-quddiesa ta' bil-lejl biex imbaghad tkompli bic-celebrazzjonijiet fid-dar.

Make a free website with Yola