christmaspage

 

PARAGWAJ

 

Il-Milied ghandu mportanza kbira fil-hajja tal-poplu tal-Paragwaj billi dan il-pajjiz huwa wiehed kattoliku.

Il-gesti ghandhom il-bidu taghhom fit-8 ta’ Dicembru meta n-nies jarmaw u jixghelu s-sigra tal-Milied. Minkejja l-kummercilizzazzjoni tal-festi tal-Milied li wiehed isib fil-pajjizi l-kbar, il-Paragwajani ghadhom jiccelebraw il-Milied fuq sfond nisrani u t-taghlim ta’ Kristu.

Il-knejjes jkunu mzejna bi dwal kuluriti u ornamenti tal-Milied . Fit-toroq u l-pjazzez jitpoggew stillel kbar, Santa Klaws u dwal ohra. Kemm fil-knejjes kif ukoll fid-djar ma jonqosx il-Presepju. Billi jkun zmien is-sajf, il-Paragwaj joffri ghazla kbira ta’ fjuri sbieh u dawn jintuzaw hafna kemm fil-knejjes kif ukoll fid-djar biex izejnu bihom.

Hafna huma dawk li jattendu ghall-quddies ta’ bilejl biex wara jinghaqdu flimkien u jiccelebraw il-Milied permezz ta’ ikla. Il-festi jkomplu sas-6 ta’ Jannar meta tkun celebrata l-festa tat-Tre Re jew tal-Magi. Uzanza komuni fost it-tfal hija li jqieghdu zarbun fuq it-targa b’ittra lil’ xi wiehed mis-Slaten Magi bit tama li jaqilghu xi rigal.

 

Make a free website with Yola