christmaspage

 

 

PERU'

 

Il-Milied fil-Peru' huwa tahlita ta' tradizzjonijiet migjuba minn Spanja u dawk tal-lokal. Parties u festini huma abundanti u kullimkien. Kemm djar kif ukoll knejjes huma mzejna bil-kuluri tal-Milied, girlandi u cfuf u is-swieq tal-Milied jaghmlu hafna negozju bin-nies tixtri fis-shana tax-xemx sajfija

Il-Presepji huma haga komuni fil-Peru hafna drabi mnaqqxa fl-injam. Il-pasturi jew figuri huma lebsin l-ilbies tradizzjonali li gej minn zmien il-konkwistaturi spanjoli b'teknika li gejja mis-16 il-seklu. Fil-presepju ghandek issib xi karattri lokali bhal ma huma l-bejjiegh tal-gelati, il-furnar etc. Xi whud mid-djar tant ikollhom presepju sabih li jifthuh ghall-wiri. Hemm presepji ohrajn maghmula mit-tfal misjur fil-forn filwaqt li ohrajn huma minjaturi ta' daqs ta' kaxxa tas-sulfarini.

Il-Lejl qaddis huwa z-zmien meta Santa Klaws jghaddi jimla' l-kalzetti li jkunu tqieghdu taht il-maxtura bir-rigali. Malli l-familja tirritorna lejn id-dar jitpogga il-Bambin Gesu' fil-maxtura u t-tfal jifthu r-rigali taghhom filwaqt li jkun hem mil-loghob tan-nar ta' l-ajru.

Id-Dundjan huwa l-ikla principali fil-Milied filwaqt li d-dezerta hija kejk tal-frott.

Ta min jinota li gewwa Lima fil-jum tal-Milied tinzamm il-glied mat-toru u processjoni bl-istatwa tal-Vergni Marija. Hekk jibqghu sejrin ic-celebrazzjoni tul zmien il-Milied sal-jum tas-6 ta' Jannar meta bhala helu principali dak in-nhar tittikel ir-Rosca de Reyes li hu hobz helu dekorat bil-frott biex ikun jixbah kuruna ta' re.

Make a free website with Yola