christmaspage

 

POLONJA

Fil-Polonja kulhadd ikun attent biex ikun hu li jilmah l-ewwel kewba fis-smewwiet lejliet il-Milied. Tant hi mportanti din il-kewba li laqqmuha, "il-kewba z-zghira" jew bil-lingwa taghhom "Gwiazdka" bhala tifkira tal-kewba ta' Betlem. Kulhadd ikun jittama li jkun hu li jilmah din l-ewwel stilla biex jghajjat :"Hemm hi l-kewba." Malli tintlemah kulhadd jibdel l-awguri tal-festi tal-Milied.

Familji jinghaqdu biex jieklu flimkien l-aktar cena imhejjija tas-sena msejha "Wigilia" jew ahjar ic-cena tal-Milied. Skond it-tradizzjoni taht it-tvalja tal-mejda jifirxi ftit tiben bhala tifkira li Kristu gie mqieghed fuq ftit tiben go maxtura wara li twieled minn Marija Vergni. Madwar il-mejda joqghodu numru ta' persuni li l-ghadd taghhom ma jkunx fard ghax it-tradizzjoni tghid li allura jekk ikun hekk wiehed minnhom imut mas-sena lit kun diehla.

Tradizzjonalment ma jitikilx laham fil-"Wigilia". Madanakollu l-ikla tkun abbundanti u luzzusa ukoll. Tibda bil-qsim ta' dak li jsejhulu "Oplatek" li tixbah lil wejfer semi trasparenti ta' hobz b'xeni tal-milied stampati fuqha (qisha tkun ostja). Kull membru presenti ghal-ikla jaqsam bicca u jiekolha bhala tifsira ta' l-ghaqda taghhom ma' Kristu. L-uzana titlob li n-numru ta' korsjiet ta' ikla ikun fil-fard, 9 jew 11. Jekk ikun zewg allura tghib it-tama ta' zieda fil-gid materjali, jew tfal jew xi haga ohra li tkun mixtieqa.

Ghalkemm l-ikel ivarja minn post ghal iehor, pero' certu ikel ikun l-istess kullimkien, bhal nghidu ahna s-soppa tal-pitravi , jew xi kejk taz-zerriegha tal-pepprin. Wara c-cena il-familja u l-mistednin jibqghu mal-mejda biex iqumu kollha flimkien mas-sinjal ta' dak li jkun stedinhom. Dana hu rizultat ta' twemmin antik li min iqum l-ewwel imut qabel ma jasal Milied iehor.

Il-bqija tal-lejl jghadduh madwar is-sigra tal-Milied jirrakontaw dak li ghadda minn ghalihom jew xi stejjer jew ikantaw. Is-sigra tkun mzejna bit-tuffieh, gewz u ornamenti ohra . Ir-rigali tal-Milied ikun mqieghda taht is-sigra. F'nofs il-lejl dawk li jkunu jistghu jattendu ghal "Pasterka jew il-Quddiesa tar-Rghajja.

Make a free website with Yola