christmaspage

 

RUMANIJA

 

 Fir-Rumanija l-Milied huwa maghruf bhala “Cracium.” Din il-festa kienet darba osservata bil-kbir, imma meta r-Rumanija cediet lil USSR matul it-tieni gwerra dinjija, il-pajjiz gie dikjarat kommunista u c-cittadini kellhom jabbandunaw hafna mit-tradizzjonijiet nsara taghhom. Pero’ dan iz-zmien rega’ qam fuq tieghu hekk kif il-pajjiz ha l-indipendenza tieghu fis-sena 1989, wara li r-Rumanija rregetta l-kommunizmu.

It-tradizzjonijiet tal-Milied regghu sabu posthom fil-hajja tac-cittadini rumeni u bdew jitgawdew mill-gdid kif kienu jharsuhom missiriethom. Il-Milied fir-Rumanija jigi ccelebrat fil-25 ta’ Dicembru. Fil-villaggi Rumeni hemm uzanza li jinqatel majjal li jkun ilu jigi msemmen sakemm jilhaq il-piz ta’ 300 libbra. Imbaghad fl-20 ta’ Dicembru jinqatel biex jittiekel mill-membri tal-familja u l-hbieb taghhom. Imma l-vera celebrazzjonijiet tal-Milied jibdew bit-tizjin tas-sigra tal-Milied lejliet il-Milied. Hawn fir-Rumanija l-bdil tar-rigali jsir lejliet il-Milied.

 It-tfal bhal f’kull parti ohra tad-dinja jemmnu li jkun Mos Cracium (Christmas Father  jew Santa Claus)) li jgibilhom ir-rigali. Ir-rigali jvarjaw skond kemm min jaghtihom jista’ jhallas. Rigal komuni huwa l-hobza forma ta’ ghoqda, li fir-Rumanija jfisser hsad abbundanti. Il-kant ta’ l-ghanjiet tal-Milied huwa parti mportranti mill-festi tal-Milied. Matul iz-zmien tal-festi it-tfal specjalment fil-villaggi jzuru kull dar ta’ l-irhula taghhom u jkantaw l-innijiet tal-Milied bhalma huma Steaua (Il-Kewba), Trei Pastori (It-tlett Rghajja) u Mos Cracium (Sanbta Claus.)

 Ma jonqosx li huma jirrecitaw il-leggendi u poeziji li ghandhom bhala sfond il-festi tal-Milied. Dan isir billi hafna tfal jingabru fi gruppi u jzommu stilla mahduma mill-kartun li fuq jkun hemm imwahhla xi xena mill-grajja tal-Milied. Il-kap tal-grupp jgorr stilla kbira ta’ l-injam imsejha “Steaua” li tkun imdawra bil-karti tal-fidda u mzejna bil-qniepen u strixxi kuluriti. Xbiha tal-Milied titwahhal fin-nofs ta’ l-istilla u kollox jehel fuq lasta ta’ l-injam. L-ewwel ma jkantaw huma t-tfal, imbaghad iz-zaghzagh u fl-ahhar l-adulti li bosta drabi jinghaqdu maghhom wara nofs il-lejl. Bi hlas kull grupp jinghata xi helu jew cozonaci (kejk tradizzjonali) u xi kultant anke flus.

 Fil-familji, in-nisa jippreparaw l-ikla tal-Milied matul it-tlett ijiem ta’ qabel. L-ikla tal-Milied fir-Rumanija hija abbundanti. Kull tip ta’ zalzett jigi prezentat fuq il-mejda flimkien max-xarba tal-brandy ta' l-ghambaqra.  Fuq il-mejda ma jonqsox is-Sarmale li hu weraq tal-kabocci mimlija bil-laham flimkien ma’ ross, bzar u timu. Ikun imiss imbaghad il-majjal u d-dundjan flimkien ma’ imbid ahmar. Fl-ahhar jittiekel il-cozonaci, kejk tradizzjonali mahdum biz-zbib u lewz.

Make a free website with Yola