christmaspage

 

RUSSJA

 

Hafna mir-Russi nsara jappartienu lill-Knisja Ortodossa tal-Lvant u hija prattika qaddisa ghalihom li jsumu sas-6 ta' Jannar, lejliet il-Milied. Il-knisja gewwa r-Russja ghadha tuza il-Kalendarju Guljan u ghaldaqstant ic-celebrazzjoni tal-Milied tahbat 13 il-jum tard wara dak tal-Kalendarju Gregorjan li jintuza mill-knejjes tal-west.


Lejlet il-Milied il-familja tingabar biex jieklu dak li tradizzjonalment huma jsejhu bhala ic-"Cena Qaddisa." F'din l-ikla ma jittikilx laham. L-ingedjent principali huma "porridge" specjali msejjah "kutva" li hu maghmul minn qamh li jfisser tama u mmortalita', ghasel u zerrigha tal-peperin li jawguraw ferh, hena u success. Hafna drabi titbierek id-dar. Il-"kutva" tittikel minn platt wiehed biex turi l-unita' fil-familja. Fl-antikxi familji kienu jwaddbu mgharfa kutva lejn is-saqaf u jekk din tehel kiene fisser li ser ikollohom ghasel bl-abbundanza. Din ic-cena tibda hekk kif l-ewwel kewba tidher fis-smewwiet. Il-mejda tkun mghottija bi tvalja bajda biex tfisser il-hrieqi li bihom kien imgezwer Gesu' meta twieled. Xema twila bajda titpogga fuq ic-centru tal-mejda biex turi li Kristu hu d-dawl tad-dinja. Hdejha titqieghed ukoll hobza kbira tonda maghrufa bhala "pagach", simbolu li Kristu hu l-Hobz tal-Hajja. Jingieb ukoll it-tiben bhala sinjal tal-faqar ta' Kristu meta ra l-ewwel dawl tieghu gewwa l-ghar ta' Betlem.


F'hafna postijiet gewwa r-Russja wara s-servizz tal-lejliet il-Milied, in-nies iggorr torci, xemghat u lanterni madwar il-knisja bhala ma kienu jaghmlu l-antenati taghhom. Wara li tispicca l-processjoni il-kongregazzjoni tidhol fil-knisja fejn ikantaw innijiet u kant iehor qabel ma jmorru ghal xi haga ta' l-ikel.


Fir-Russja wkoll jezisti Santa Claus imma lil dan jirreferu ghalih bhala "Grandfather Frost" . Jinghad skond il-leggenda li dan kien jghix fil-profond tal-foresta u kien jigi fil-belt bis-slitta. Kellu fama li jgib ir-rigali lit-tfal ta' imgieba tajba u jinsa lil dawk li jkun ta' karattru mqareb.


"Grandfather Frost" jilbes ilbies ahmar bil-fur fit-trufijiet, baffi bajda silg u twila. Huwa maghrufa li ma jinzilx mic-cumnija ghax id-djar tar-Russja ma ghandhomx cmiem. Huwa jqassam ir-rigali minn bieb ghal iehor. Hafna tfal jifthu r-rigali taghhom f'lejlet il-Milied. Lil xi ohrajn jghidulhom li Grandfather Frost igibilhom biss ir-rigali meta huma jkunu reqdin u li huma kellhom isibu l-ghada filghodu f'jum il-Milied taht is-sigra.

Make a free website with Yola